Barranin
Id-Dollaru qed ikun negozjat biex jirkupra xi ftit fis-sessjoni Ewropea

Id-Dollaru qed ikun negozjat biex jirkupra xi ftit fis-sessjoni Ewropea hekk kif is-swieq kienu qed jistennew id-deċiżjoni dwar ir-rata tal-interessi mill-Federal Reserve aktar tard.

Illum kien id-Dollaru Awstraljan l-aktar b’saħħtu segwit minn dak Kanadiż. Min-naħa l-oħra, il-muniti ewlenin Ewropej b’mod ġenerali tbaxxew. Ma hemm xejn x’jista’ jqajjem lill-Isterlina li għaddiet ġimgħa iebsa wara l-irkupru li kellha. U ma hemm ebda aħbar tajba dwar il-Brexit biex jagħtiha s-saħħa.

Ir-rata tal-Ewro kontra d-Dollaru tilfet ftit miż-żieda li kellha biex laħqet l-ogħla tal-ġurnata ta’ $1.445 u jidher li ser tkompli titbaxxa matul il-lejl. Wara li kkonsolidaw matul s-sessjoni Asjatika u dik bikrija Ewropea, iż-żewġ muniti ntlaqgħu ma’ xiri ġdid tad-Dollaru. L-Ewro tilef 0.05% għal $1.1419.

Barra minn dan, l-Ewro tilef 0.29% kontra d-Dollaru Awstraljan, 0.20% kontra dak Kanadiż u 0.05% kontra l-Frank Żvizzeru. Iżda l-munita unika żdiedet 0.04% kontra l-Isterlina u 0.06% kontra l-Yen.

L-indiċijiet fl-Ewropa kienu imħallta. Il-FTSE 100 tela’ b’0.29%; l-iSTOXX 50 tilef 0.12%; id-DAX tilef 0.19% u l-CAC 40 tbaxxa b’0.05%.

Id-Dow Jones fetaħ 0.032% ogħla waqt li l-indiċi tal-Borża estenda ż-żieda tal-bieraħ b’0.284%.

Il-Borża ta’ Malta, l-ishma tal-MIDI, Malta Properties Company, Santumas Shareholdings u Malta International Airport żdiedu b’aktar minn 0.80%.

Min-naħa l-opra f’territorju negattiv kien hemm l-RS2 Software, il-FIMBank u l-International Hotel Investments li naqsu b’aktar minn 0.80% bl-International Hotel Investments jitilfu l-aktar 1.64% biex għalqu €0.60.

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-GlobalCapital 2021 żdiedu 0.96%; it-Tumas Investments 2027, 0.86%; il-MIDI 2026, 0.49%; Simonds Farsons Cisk 2027, 0.47% u l-Virtu Finance 2027 0.24%.

Min-naħa l-oħra il-Hal Mann Vella Group 2024 u l-Hili Finance Company 2028 tilfu 0.25%.

Iż-żejt Brent żdied b’0.21% għal $72.21 waqt li l-U.S. light crude żdied b’0.29% għal $61.85.

Il-prezz tad-deheb tbaxxa b’0.15% għal $1,224.59 waqt li dak tal-fidda tilef 0.34% għal $14.5298.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru ddgħajjef xi ftit fost xiri u bejgħ wara li l-inflazzjoni tal-konsumatur fl-Istati Uniti kienet kważi kif stmata, bl-inflazzjoni ewlenija minn sena għal sena titbaxxa xi ftit. L-Ewro żdied b’0.12%…

Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan qed jieħu ftit tan-nifs wara li laħaq l-ogħla livell għall-2018 fil-bidu ta’ din il-ġimgħa. Madankollu, ir-raġuni għal pawża mhijiex minħabba l-politika dwar l-ekonomija Amerikana, il-politika tal-Federal Reserve…

Barranin

Id-Dollaru żdied wara li laħaq l-ogħla livell f’sena fost dgħufija fl-Ewro u l-Isterlina, hekk kif in-negozjati dwar Brexit huma weqfin u t-tħassib dwar it-tkabbir ekonomiku qajjem aktar dibattitu dwar il-projezzjonijiet…

Barranin

Muniti Id-dollaru ddgħajjef wara li l-elezzjonijiet ta’ nofs il-leġiżlatura qasmu lill-Kungress u tappnu l-aspettativi għal stimulu fiskali addizzjonali, waqt li l-yen iddgħajjef kontra l-parti l-kbira tal-muniti rivali hekk kif żdied…

Aktar