Barranin
Id-Dollaru qed jitħabat biex jirpilja

Id-Dollaru tħabat illum biex jirpilja u kien riesaq lejn ġimgħa telf kontra muniti ewlenin oħra wara li l-Federal Reserve ngħaqad ma’ banek ċentrali oħra bi pjani sabiex ibaxxi r-rati tal-interessi biex isostni t-tkabbir ekonomiku.

Analisti u investituri qalu li tnaqqis taħt it-2% fil-bonds ta’ 10 snin, li huma bonds ta’ referenza, u żieda fil-prezz tad-deheb ‘il fuq mir-reżistenza teknika għal qrib l-ogħla prezz f’sitt snin issuġġerew li d-Dollaru jista’ jaffaċċja perjodu twil ta’ pressjoni mill-bejgħ.

L-irkupru tal-Isterlina intemm ilbieraħ minkejja li l-Bank of England ħa atteġament inqas aggressiv, hekk kif id-diretturi naqqsu t-tbassir tagħhom għat-tkabbir fit-tieni kwart tas-sena u semmew ir-riskji mit-tensjoni kummerċjali u minn Brexit bla ftehim.

It-tensjonijiet li qed jikbru bejn l-Istati Uniti u l-Iran għenu biex tieqaf iż-żieda fis-swieq finanzjarji Ewropej wara perjodu tajjeb sostnut minn sinjali minn banek ċentrali ewlenin li huma jinsabu fil-punt ta’ aktar azzjoni biex isostnu ekonomija globali li qed tmajna fir-ritmu.

In-New York Times irraportat illum li l-President Trump kien approva attakki militari kontra l-Iran b’ritaljazzjoni għat-twaqqigħ ta’ drone militari Amerikani, qabel ma huwa rtira l-ordni.

Ftit ġimgħat ilu biss, il-ġgant tal-enerġija Amerikan, ExxonMobil, deher li kien miexi lejn proġett ta’ $53 Biljun biex ikabbar il-produzzjoni taż-żejt tal-Iraq fil-bjar fin-naħa t’isfel, punt ewlieni tal-ambizzjonijiet tal-kumpanija li tespandi fil-pajjiż.

Iżda issa taħlita ta’ diskussjonijiet iebsa dwar il-kuntratt u tħassib dwar is-sigurtà, flimkien mat-tensjoni bejn l-akbar ġar tal-Iraq, l-Iran u l-Istati Uniti, wasslu biex ma jsirx ftehim għalissa, skont uffiċjali tal-Gvern Iraqi.

Id-deheb żdied b’aktar minn 1.5% llum u qabeż l-$1,400 għall-ewwel darba minn Settembru 2013, hekk kif ħjiel ta’ tnaqqis fir-rata tal-interessi mill-Federal Reserve, kellu effett negattiv fuq id-Dollaru u l-bonds tal-Gvern Amerikan. It-tensjonijiet fil-Lvant Nofsani wkoll sostnew l-irkupru tad-deheb, u żiedu l-prezz b’5% din il-ġimgħa u kwazi 10% din is-sena.

Id-deheb riesaq lejn l-akbar żieda f’ġimgħa mid-29 ta April 2015 u kien ukoll fi triqtu lejn il-ħames ġimgħa konsekuttiva ta’ żidiet. Il-prezz bil-quddiem tad-deheb fl-Istati Uniti żdied b’0.9% għal $1,408.90 kull uqija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew mill-ogħla livelli tal-aħħar xahrejn fost dubbji dwar jekk l-Istati Uniti u ċ-Ċina hux ser ikunu kapaċi jilħqu ftehim parzjali li jneħħi xi ftit tal-pressjoni mill-ekonomija globali. L-ishma…

Barranin

Muniti Il-moviment fis-swieq finanzjarji llum kienu modesti ħafna, bil-muniti ewlenin jirreġistraw ċaqliq negliġibbli kontra l-ewro. Ċaqliqiet notevoli kienu kontra l-isterlina u l-frank Żvizzeru. L-isterlina żdiedet wara jumejn ta’ telf hekk…

Barranin

Muniti Wara żidiet iniżjali fin-negozju bikri f’Londra, id-domanda għal muniti meqjusa siguri battiet bil-Yen juri żieda ta’ 0.1% kontra l-ewro u l-Frank Żvizzeru kważi bla ebda żieda mal-munita unika. L-Isterlina…

Barranin

Muniti L-isterina ddgħajfet xi ftit illum, iżda mhux wisq ’il bogħod mill-ogħla rata f’sitt xhur kontra l-ewro, hekk kif l-investituri għadhom jaħsbu li l-Konservattivi fil-gvern ser jirbħu l-elezzjoni tax-xahar id-dieħel….

Aktar