Barranin
Id-dollaru qrib l-inqas rata f’7 ġimgħat fi stennija għal tnaqqis fir-rati tal-interess

Muniti

Id-dollaru llum tħabat qrib l-inqas rata f’seba’ ġimgħat, minħabba li kulħadd qed jistenna li l-Federal Reserve ser inaqqas ir-rata tal-interessi bi tweġiba għar-riskji relatati mal-konflitti kummerċjali. L-indiċi tad-dollaru ma wera ebda ċaqliq, u tilef 1.3% mill-ogħla livell tiegħu f’sentejn milħuq fit-23 ta’ Mejju.

Il-Bank Ċentrali Ewropew ser jiltaqa’ nhar il-Ħamis, bl-investituri jistennew biex jaraw kemm huma mħassba l-membri dwar sinjali ta’ tnaqqis fit-tkabbir. L-ewro żdied 0.1% għal $1.1260,u estenda ż-żieda għar-raba’ sessjoni.

Indiċi

Sinjali ta’ atteġġjament komodattiv mill-Federal Reserve għen lis-swieq monetarji Ewropej sabiex jiżdiedu għat-tielet jum bl-ishma tat-teknoloġija fuq quddiem.

L-iSTOXX 600 żdied b’0.4% iżda l-iSTOXX 50 tilef 0.02%, għeleb bidu ħażin u ngħaqad mal-irkupru fl-Asja u f’Wall Street, wara li l-kap tal-Federal Reserve Amerikan Jerome Powell wiegħed li jaġixxi kif jixraq biex jikkumbatti r-riskji dejjem jikbru ta’ gwerra kummerċjali.

L-indiċi ewlieni f’Londra żdied bi ftit illum hekk kif kummenti mill-bank ċentrali Amerikan li taw ħjiel ta’ tnaqqis fir-rata ser tnaqqas in-nervożiżmu tal-investitur, waqt li l-ishma tal-istituzzjoni tas-self Provident żdiedu wara li r-rival NSF irtira minn offerta biex jixtri din il-kumpanija.

Shares

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-GlobalCapital żdiedu b’5.60%, segwiti minn MIDI bi 3.45%. Trident Estates ukoll għalqu f’territorju pożittivi b’1.14%. Il-BMIT Technologies żdiedu b’0.93%. Il-Malta Properties Company tbaxxew b’0.78%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, Stivala Group Finance 2027 żdiedu bi 2.34% waqt li l-Bank of Valletta 2020 tbaxxew bi 2.28%. F’territorju negattiv kien hemm il-Bank of Valletta 2030 (L-Ewwel Serje) bi tnaqqis ta’ 0.59% u l-International Hotel Investments 2026 (It-tieni ħruġ) b’0.39%. Il-Virtu Finance 2027 għalqu b’żieda ta’ 0.10%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt komplew jitbaxxew illum, minħabba żieda mhux mistennija fl-inventarji taż-żejt mhux maħdum fl-Istati Uniti, iżda bit-telf limitat minħabba rkupru fl-ishma globali minħabba tamiet ta’ tnaqqis fir-rata tal-interessi mill-Federal Reserve.

Il-Brent tilef 0.73% għal $61.55 wara li kien għal ftit f’territorju pożittiv. Il-United States West Texas Intermediate tilef 1.53% għal $52.67.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru llum issoda kontra muniti sensittivi għall-kummerċ għax reġa’ qam it-tħassib dwar it-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina hekk kif riesqa skadenza importanti, waqt li l-Isterlina issaħħet wara l-aħħar…

Barranin

Id-dollaru dieħla lejn l-agħar ġimgħa minn Ottubru minħabba nervożismu fin-negozju u ħjiel ta’ dgħufija fl-ekonomija Amerikana, bil-fatturi domestiċi li minnhom gawdew id-dollaru ta’ New Zealand u l-isterlina. Il-movimenti kienu baxxi…

Barranin

Muniti L-Isterlina żdiedet għall-ogħla rata f’sentejn u nofs kontra l-ewro, minħabba fiduċja li qed tikber li l-elezzjoni ser tagħti lill-Konservattivi l-maġġoranza li għandhom bżonn sabiex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea…

Barranin

Muniti L-isterlina llum qabżet ‘il fuq minn $1.31 għall-ewwel darba minn kmieni f’Mejju, mgħejuna minn aspettattiva li qed tikber li r-Renju Unit ser jiskansa elezzjoni bla riżultat. Il-munita bbenefikat ukoll…

Aktar