Barranin
Id-dollaru resaq lejn l-akbar żieda f’ħames xhur

Id-dollaru kien riesaq lejn l-akbar żieda f’ħames xhur hekk kif l-investituri wieġbu b’mod pożittiv għaż-żieda fid-dħul mill-Bonds tat-teżor Amerikan għax uħud mill-muniti rivali ntlaqtu ħażin minn sinjali ta’ ssikkar monetarju mill-banek ċentrali tagħhom.

B’ħafna mill-muniti fuq id-difiża, id-dollaru rnexxielu jegħleb tnaqqis fid-dħul mill-bonds u kontra basket ta’ muniti ewlenin, id-dollaru kien ftit ogħla.

L-indiċi tad-dollaru kien riesaq lejn aktar minn 1% żieda matul Marzu, l-aħjar prestazzjoni f’xahar minn meta wera żieda ta’ 2.1% f’Ottubru li għadda. L-indiċi żdied b’1.5% minn meta kien tbaxxa għal-livell ta’ 95.74 fil-20 ta Marzu.

Id-dollaru żamm sod anke jekk l-istatistika matul il-lejl wriet li l-ekonomija tal-Istati Uniti naqqset mir-ritmu aktar milli kien maħsub fir-raba’ kwart tal-2018.

Il-prodott domestiku gross tal-pajjiż żdied bir-rata annwali ta’ 2.2% inqas mill-estmi inizjali ta’ 2.6%.

L-ishma fl-Asja żdiedu llum, immexxija minn żieda qawwija fl-ishma Ċiniżi minħabba tamiet li ċ-Ċina u l-Istati Untiti qed jagħmlu progress fit-taħditiet dwar il-kummerċ, waqt li d-dħul mill-bonds globali żdied wara perjodu twil ta’ tnaqqis minħabba l-prospetti ekonomiċi.

Is-sentiment fis-swieq kien aħjar wara li uffiċjali Amerikani qalu li ċ-Ċina għamlet propost dwar firxa ta’ kwistjonijiet aktar milli kienet għamlet qabel, inklużi dwar it-trasferiment tat-teknoloġija.

Is-Segretarju tat-Teżor Amerikan, Steven Mnuchin li huwa kellu pranzu produttiv ħafna qabel ġurnata ta’ taħditiet maħsuba biex isolvu t-tilwima kummerċjali ħarxa bejn l-akbar żewġ ekonomiji.

L-investituri kienu qed jitħassbu għax id-dħul fuq il-bonds ta’ 10 snin tbaxxew taħt dak tal-bonds ta’ tliet xhur tat-Teżor Amerikan, ħaġa li turi riċessjoni.

Il-prezzijiet bil-quddiem taż-żejt mhux maħdum fl-Istati UIniti wera żieda ta’ 0.4% għal $59.55 u rkupra mill-ptrezz tal-bieraħ ta’ $58.20.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro baqa’ taħt pressjoni kontra d-Dollaru Amerikan wara l-ħruġ ta’ statistika ekonomika dwar il-Ġermanja li kienet dgħajfa aktar milli maħsub. L-ewro tilef 0.15% għal $1.1210. Barra dan, l-ewro tbaxxa…

Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet illum hekk kif kompla l-irkupru tad-dollaru, u l-istatistika tajba dwar il-bejgħ bl-imnut fir-Renju Unit ma kinetx biżżejjed biex tqajjem lill-munita mis-sitwazzjoni li tinsab fiha wara l-estensjoni ta’…

Barranin

Muniti L-ewro llum tbaxxa wara li diversi uffiċjali tal-Bank Ċentrali Ewropew urew dubji dwar l-irkupru pproġettat fit-tkabbir ekonomiku fit-tieni nofs tas-sena. It-tħassib dwar l-ekonomija taż-żona tal-ewro ħabat ħames ġimgħat wara…

Barranin

Rappreżentanti ta’ Valletta Cruise Port u l-Awtorità tat-Turiżmu flimkien ma’ partijiet interessati pparteċipaw fis-Seatrade Cruise Global 2019 f’Miami. Is-Seatrade Cruise Global huwa l-pjattaforma ewlenija tal-industrija fejn ‘il fuq minn 11,000…

Aktar