Barranin
Id-dollaru żamm mal-ogħla rata f’14-il xahar kontra l-ewro

Muniti

Id-dollaru żamm mal-ogħla rata f’14-il xahar kontra l-ewro hekk kif żieda fil-prezzijiet tal-enerġija qajmet ir-riskju li l-Federal Reserve jaġixxi aktar malajr biex jinnormalizza l-politika monetarja. Il-munita Amerikana kienet xi ftit aktar baxxa għal $1.1560 kull ewro wara li kienet issaħħet għal $1.1529 ilbieraħ għall-ewwel darba minn Lulju tas-sena li għaddiet.

L-indiċi tad-dollaru li jkejjel il-munita ma’ basket ta’ sitt muniti ewlenin, ftit inbidel fil-livell ta’ 94.153 wara żieda ta’ kważi 0.5% fuq l-aħħar żewġ sessjonijiet.

Indiċi

L-ishma Ewropej irkupraw illum hekk kif tnaqqis fil-prezzijiet taż-żejt u l-gass offrew xi ftit serħan lill-investituri mħassba dwar inflazzjoni qawwija, waqt li aġġornamenti pożittivi dwar il-pagi fis-settur tal-kostruzzjoni u l-materjal żiedu mas-sentiment ottimist.

L-indiċi ewlenin f’Wall Street fetħu ogħla llum wara waqfien mill-ġlied fil-Kungress dwar l-ogħla limitu tas-self, naqqas it-tħassib dwar il-possibiltà li l-gvern ma jfallix fil-ħlas tad-dejn, waqt li tnaqqis fil-prezzijiet taż-żejt naqqas it-tħassib dwar inflazzjoni ogħla.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lokali llum, is-Santumas Shareholdings kienu fuq quddiem tat-telf bi tnaqqis ta’ 9.09%. GO tbaxxew b’1.81%, segwiti mill-Malta International Airport li tilfu 0.82%. L-RS2 Software tbaxxew b’0.57%.

Simonds Farsons Cisk laħqu l-prezz ta’ €8.60, żieda ta’ 1.18%. L-aħjar li marru kienu t-Trident Estates b’żieda ta’ 1.29% għall-prezz ta’ €1.57.

Bonds

Fis-settur tal-bonds lokali, il-Mercury Projects Finance 2027 tilfu 1.59%, segwiti minn Shoreline 2032 u l-International Hotel Investments 2026, li tilfu 0.99% u 0.39% rispettivament.

L-AX Group 2026 avvanzaw 0.38%, il-Bortex Group Finance 2027 żdiedu b’0.52%, il-Hili Finance Company 2029 wrew żieda ta’ 0.96% u l-Corinthia Finance 2026 marru l-aħjar b’żieda ta’ kważi 1%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt estendew it-tnaqqis mis-sessjoni ta’ qabel hekk kif l-Istati uniti qalu li qed jikkunsidraw li jbigħu ż-żejt mir-riżervi strateġiċi tagħhom u r-Russja qalet li lest li tistabbilizza s-suq tal-gass naturali.

Id-deheb stabilizza ruħu ruħu mgħejjun minn tnaqqis fid-dollaru, iżda baqa’ f’firxa żgħira għax l-investituri baqgħu lura minn xiri qawwi qabel ma toħroġ l-istatistika dwar l-impjiegi fl-Istati Uniti li tista’ tagħti lill-Federal Reserve aktar spinta biex inaqqas il-miżuri ta’ appoġġ ekonomiku.