Barranin
Id-dollaru żdied għall-ogħla livell tal-2020

Muniti

Id-dollaru llum żdied għall-ogħla livell tal-2020 wara li s-sensiela ta’ statistika tal-ġimgħa li għaddiet ikkonfermat li l-ekonomija tal-Istati Uniti tinsab f’saħħitha, waqt li l-yuan Ċiniża laħaq għal ftit ħin l-ogħla rata f’sitt xhur. Iżda fil-parti l-kbira kien bidu kwiet tal-ġimgħa għal bosta muniti oħrajn bil-volatilità tal-kambju barrani qrib l-inqas livell rekord u bi ftit li xejn statistika ekonomika. L-investituri huma iffukati fuq il-laqgħat tal-banek ċentrali fil-Ġappun għada u l-Bank Ċentrali Ewropew nhar il-Ħamis. Is-saħħa fl-ekonomija Amerikan turi s-saħħa meta mqabbla maż-żona tal-ewro, għalkemm kstatistika riċenti wriet titjib fl-ekonomija Ewropea u irkupru fiċ-Ċina.

L-ewro ma bbenefikax minn movimenti pożittivi, madankollu r-rata tal-ewro kontra d-dollaru hija mwaħħla f’firxa dejqa ħafna.

L-Isterlina tbaxxiet llum wara li kummenti mill-Ministru tal-Finanzi Ingliż Sajid Javid qajmu biża dwar rabtiet maħlula bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea wara t-tluq mill-Unjoni.

Indiċi

L-ishma dinjin kienu qed jiġu nnegozjati ftit inqas mil-livelli għolja rekord u ħadu pawsa qabel il-laqgħat tal-banek ċentrali din il-ġimgħa, statistika ekonomika u rapporti finanzjarji mill-kumpaniji, waqt li l-prezzijiet taż-żejt żdiedu għall-ogħla livell f’aktar minn ġimgħa wara li imblokki għalqu żewġ bjar taż-żejt fil-Libja.

Is-swieq tal-ishma fl-Ewropa kienu aktar baxxi, waqt li tbaxxew il-prezzijiet bil-quddiem tal-ishma fl-Istati uniti fil-btala ta’ Martin Luther kIng Jr tfisser attività ta’negozju kajmana.

Stocks Lokali

Fl-ishma lokali, il-Bank of Valletta avvanzaw b’0.92%, il-Mapfre Middlesea plc b’0.91% u l-Main Street Complex plc kienu l-aħjar li marru b’żieda ta’ 5.45%. Il-MIDI għalqu f’territorju negattiv b’4%, l-HSBC Bank Malta, il-Malta International Airport u l-RS2 Software għalqu bla moviment minkejja n-negozju fihom.

Bonds Lokali

Fis-settur tal-bonds lokali, il-GAP Group 2023 żdiedu b’0.10%, il- Hili Properties 2025 b’0.01%, l-International Hotel Investments 2024 b’1.44% waqt li l-Mariner Finance 2024 żdiedu b’0.47%. F’territorju negattiv kien hem mil-MeDirect Bank (Malta) 2024/29 b’0.49%. il-Hili Finance Company 2029 u l-International Hotel Investments 2025 ma kellhom ebda moviment.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt telgħu għall-ogħla livell f’aktar minn ġimgħa għaliex żewġt ibjar kbar fil-Libja bdew jagħlqu wara li qawwiet qrib il-Ġeneral Khalifa Haftar għalqu pajplajn. Il-Korporazzjoni Nazzjonali taż-Żejt tal-Libja iddikjarat forża maġġuri fuq provvisti ta’ żejt mhux raffinat mill-bjar ta’ Sharara u El Feel.

Il-prezz tad-deheb laħaq l-ogħla l-ogħla livell f’aktar minn ġimgħa hekk kif l-investituri investew fih minħabba t-tensjonijiet li għaddejjin fil-Lvant Nofsani u l-impeachment kontra l-President Trump fl-Istati Uniti waqt li ż-żieda fil-prezz tal-palladju ma tidhirx li ser tnaqqas mir-ritmu.

Aħbarijiet Oħra

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minnn BNF Bank. Muniti Id-dollaru Amerikan tbaxxa mill-ogħla rata tiegħu f’xahrejn għax tamiet ta’ stimulu ġdid naqqas it-tħassib…

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas livell hekk kif dejta ekonomika mill-Istati Uniti u tħassib dwar it-tieni mewġa tal-koronavirus tlaqqgħet ma’ dejta dgħajfa mill-Ewropa u żiedu l-valur tad-dollaru. Id-dollaru tela’ għal $1.1671…

Muniti L-Isterlina tbaxxiet kontra d-dollaru u l-ewro, wara li l-Bank of England qal li ngħata tagħrif kif tista’ tkun implimentata b’effett rata ta’ interessi negattiv jekk ikun hemm bżonn. Il-Bank…

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef kontra l-muniti u kien kważi bla tibdil kontra l-ewro minħabba stennija li l-Federal Reserve seta’ jagħti ħjiel ta’ aktar azzjoni fil-politika monetarja, waqt li l-yuan Ċiniż…

Aktar