Id-dubji dwar Brexit ikomplu jaffettwaw lill-Isterlina

L-Isterlina ftit li xejn inbidlet qrib id-$1.30 illum fost dubji li n-negozjati dwar il-Brexit bejn il-Konservattivi u l-Laburisti mhu ser iwasslu mkien.

Id-dollaru ma ċċaqlaqx ilbieraħ hekk kif in-negozjanti fil-kambju barrani ma għamlu ebda mossa kbira hekk kif huma qed jistennew aħbarijiet definittivi mit-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Kontra basket ta’ muniti rivali, id-dollaru tilef 0.01% waqt li l-ewro żdied b’0.12% għal $1.1203.

Indiċi

L-ishma Ewropej tbaxxew b’mod ġenerali hekk kif l-investituri baqgħu il bogħod minn assi riskjużi waqt li jistennew jekk l-Istati Uniti u ċ-Ċina jirnexxielhomx jevitaw gwerra kummerċjali li tagħmel ħsara lill-ekonomija globali.

L-ishma fl-Istati Uniti tilfu mal-ftuħ bil-fokus idur fuq il-laqgħa importanti bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina li tista’ tiddetermina l-futur tal-ftehim tant mistenni dwar il-kummerċ, anke hekk kif aktar tariffi fuq iċ-Ċina jinsabu fuq ix-xefaq. Id-Dow Jones tilef 1.06%.

L-OPEC ma għandhiex tagħrif dwar il-prospetti dwar il-provvista taż-żejt għat-tieni nofs ta’ din is-sena, bil-waqfien mill-Iran u r-Russja jidher dejjem sinifikanti, iżda l-Għarabja Sawdija ma tantx trid ttella’ aktar żejt minħabba waqgħa fil-prezz.

Kontaminazzjoni miż-żejt sfurzat lir-Russja biex f’April waqqfet il-provvista mill-pajplajn Druzbha, għajn ewlenin għaż-żejt lejn l-Ewropa tal-Lvant u l-Ġermanja. Is-sospensjoni ħalliet lir-raffineriji jfittxu provvisti u l-waqfien mhux magħruf meta ser jintemm.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum baqa’ fil-firxa riċenti ta’ negozju kontra d-dollaru, bil-progress tiegħu limitat mill-aspettattiva dwar pożizzjoni mhux aggressiva tal-bank Ċentrali Ewropew il-ġimgħa d-dieħla u wara li l-investituri saru inqas aggressivi…

Barranin

L-ewro kien ftit aktar b’saħħtu fil-livell ta’ $1.1264 iżda ftit inqas mill-$1.1285 li laħaq nhar il-Ħamis qabel ma ħarġet id-dejta dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti. Id-dollaru kien b’saħħtu l-Ġimgħa wara li…

Barranin

Muniti L-isterlina żdiedet illum u rkuprat il-parti l-kbira tat-telf li kellha kmieni din il-ġimgħa wara li ċ-Chairman tal-Federal Reserve Jerome Powell ħalla l-bieb miftuħ għal tnaqqis fir-rati, għalkemm l-ekonomija Ingliża…

Id-dollaru tbaxxa llum wara li ċ-Ċermen tal-Federal Reserve, Jerome Powell,  kellu ton ma tantx sabih meta tkellem quddiem il-Kungress u qal li l-inċertezzi kummerċjali u t-tħassib dwar il-prospetti ekonomiċi globali…

Aktar