Barranin
Ikompli jinżel il-prezz taż-żejt

L-ewro tbaxxa għall-inqas rata f’seba’ ġimgħat, hekk kif l-investituri huma konvinti li l-politiki monetarji ser ikunu differenti bejn iż-żona tal-ewro, fejn ir-rati tal-interessi jidher li ser jibqgħu fil-livell baxx rekord matul l-2018, u l-Istati Uniti fejn huma mistennija sa erba’ żidiet fir-rati tal-interessi.

Id-Dollaru Awstraljan waqa’ għall-inqas livell f’xahrejn, imminat minn statistika domestika mħallta u bejgħ spekulattiv kontra l-yen li wassal biex ir-rata bejniethom hija l-anqas f’disa’ xhur.

L-Isterlina waqgħet kontra d-dollaru hekk kif in-nervi fl-investituri waslu għall-bejgħ qabel aktar taħditiet bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea dwar it-termini tal-Brexit, u d-diskors tant mistenni għada mill-Prim Ministru Theresa May.

Indiċijiet

L-ishma Ewropej tilfu hekk kif aġġornamenti ma tantx tajba finanzjarji mill-katina ta’ supermarkets Carrefour u l-kumpanija tar-reklami WPP żammew is-sentiment baxx, waqt li t-tħassib in ġenerali dwar issikkar tal-politika monetarja laqat ukoll lill-bidu ta’ Marzu. It-ton negattiv kien jidher b’mod ġenerali fid-DAX u t-Topix li tilfu aktar minn 1% waqt li l-CAC 40 u l-FTSE 100 u anke l-iSTOXX 50 tilfu qrib il-1%. L-indiċi lokali kien eċċezzjoni b’żieda ta’ 0.25%.

Local equities

Is-sessjoni tal-ishma kienet aktkar pożittiva milli negattiva għax kien hemm aktar ishma li żdiedu milli tbaxxew. Il-GO u l-HSBC żdiedu b’1% waqt li l-Bank of Valletta u l-Malta International Airport żdiedu  b’madwar 0.5%. L-RS2 Software tilfu 0.78% waqt li l-Maltapost u l-FimBank naqsu b’aktar minn 1.5%.

Bonds

Il-bonds kienu f’territorju negattiv għax l-uniku bond li wera żieda żgħira kien il-Virtu Finance. It-telf kien aktar viżibbli f’numru ta’ bonds, għalkemm it-telf ma kienx jaqbeż iż-0.5%. L-Isola Bank, il-MIDI u Stivala tilfu 0.5%.

 Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt waqa’ għat-tielet jum, lejn l-$64 dollaru kull barmil, hekk kif żieda fl-inventarji fl-Istati Uniti, produzzjoni rekord u dollaru aktar b’saħħtu żbilanċjaw iftehim tal-OPEC dwar it-tnaqqis fil-produzzjoni.

Id-deheb tbaxxa għall-inqs prezz f’xahrejn, u estenda t-telf għat-tielet ġurnata wara kummenti miċ-Ċermen tal-Federal Reserve, Jerome Powell din il-ġimgħa kabbru t-tamiet ta’ aktar żidiet fir-rati tal-interessi fl-Istati Uniti u żammew lid-dollaru qrib l-ogħla rata f’sitt ġimgħat. Fl-ewwel xhieda tiegħu quddiem il-Kungress Amerikan, Powell ta evalwazzjoni tajba ħafna dwar il-prospetti ekonomiċi tal-Istati Uniti u indika li l-bank ċentrali Amerikana ser ikompli jżid ir-rati tal-interess wara t-tlieta tas-sena li għaddiet.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-Dollaru reġa’ waqa’ għall-inqas livell f’seba’ ġimgħat kontra grupp ta’ muniti ewlenin hekk kif naqas it-tħassib dwar l-impatt tat-tilwima kummerċjali bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti. Is-swieq finanzjarji issa qed…

Barranin

Id-Dollaru resaq lejn l-inqas rata f’seba’ ġimgħat kontra grupp ta’ muniti oħrajn, waqt li l-muniti bbażati fuq l-prodotti essenzjali avvanzaw wara serħan li l-aħħar rawnd ta’ tariffi mħabbra miċ-Ċina u…

Barranin

Muniti Id-Dollaru żamm qrib l-inqas rati f’seba’ ġimgħat kontra r-rivali tiegħu waqt li muniti riskjużi żdiedu wara li l-President Trump kabbar it-tilwima maċ-Ċina bl-impożizzjoni ta’ tariffi ta’ 10% fuq madwar…

Barranin

Id-Dollaru llum tilef iż-żidiet bikrija u tbaxxa waqt li l-muniti tas-swieq emerġenti tilfu kważi nofs punt perċentwali hekk kif l-investituri qed jistennew il-mossa li tmiss fit-tilwima kummerċjali bejn l-Istati Uniti…

Aktar