Barranin
Ikompli jogħla l-prezz tad-deheb

Id-Dollaru żamm sod kontra grupp ta’ muniti, wara li kien irtira mill-ogħla rata f’erba’ xhur minħabba li nbiegħ biex l-investituri jieħdu l-qliegħ. Il-fokus issa huwa fuq l-istatistika dwar l-impjiegi fl-Istati Uniti li tista’ tipprovdi sentiment għal żieda fil-valur.

Matul l-aħħar ġimgħat, id-Dollaru rkupra t-telf kollu ta’ din is-sena minħabba tamiet li l-Federal Reserve ser ikompli jżid ir-rati tal-interess, waqt li banek ċentrali oħra, inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew, ser jieħdu aktar żmien biex inaqqsu l-istimulu monetarju.

Żidiet aktar fil-valur tad-Dollaru aktarx li jiddependu minn statistika li turi titjib fit-tkabbir ekonomiku u fl-inflazzjoni li tista’ tqajjem spekulazzj0ni li l-bank ċentrali Amerikan iżid ir-rati tal-interessi tliet darbiet oħra din is-sena.

Id-Dollari tal-Awstralja u ta’ New Zealand qed itemmu ġimgħa iebsa b’irkupru modest hekk kif l-ispekulaturi ħadu l-profitt fuq bejgħ fit-tul tad-dollaru Amerikan qabel ma joħorġu d-dettalji dwar il-pagi tard fis-sessjoni.

Id-Dollaru Kanadiż issaħħaħ kontra dak Amerikan hekk kif prezzijiet ogħla għaż-żejt ibbilanċjaw l-istatistika li wriet li l-iżbilanċ kummerċjali twessa’ matul Marzu, waqt li l-investituri stennew ir-rapport mill-Istati Uniti dwar l-impjiegi.

Il-Yen irkupra u baxxa r-rata mad-Dollaru għall-inqas livell f’ġimgħa hekk kif l-investituri biegħu assi riskjużi u xtraw bonds minn madwar id-dinja. Il-Yen ukoll kien aħjar mill-Ewro u l-Isterlina, għax l-investituri ippreferew l-istatus ta’ munita bla riskju tal-Yen.

Il-Bank of England mhux ser iżid ir-rati tal-interessi l-ġimgħa d-dieħla imma xorta ser jibda jinnormalizza l-politika.

Il-prezzijiet taż-żejt żammew sodi wara li tilfu ż-żidiet bikrin, hekk kif is-suq beda juri ansjetà dwar il-porpsetti ta’ riskji ġeopolitiċi minnn sanzjonijiet ġodda mill-Istati Uniti kontra l-Iran.

Il-prezzijiet tad-deheb għolew għat-tielet sessjoni infila wara li d-Dollaru tbaxxa mill-ogħla rati tal-2018,. Waqt li l-investituri stennew l-istatistika dwar l-impjiegi.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Tħassib dwar il-pjani tal-baġit tal-Italja, evidenti minn żieda fid-dħul tal-bonds, kien wieħed mill-fatturi ewlenin li eżerċita pressjoni ‘l isfel fuq l-ewro. Jidher li l-investituri studjaw sewwa l-aħħar ottimiżmu mill-aġenzija…

Barranin

Muniti Il-muniti llum kienu qed jiġu nnegozjati bejn tnaqqis ta’ 0.26% u żieda ta’ 0.15% b’ġurnata b’ebda aħbarijiet importanti. L-ewro tilef 0.26% kontra d-Dollaru Awstraljan bi prestazzjoni simili kontra l-Yen….

Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa fin-negozju bikri fi New York hekk kif irritorna s-sentiment ta’ riskju wara l-ftehim dwar il-baġit fl-Italja, waqt li mewġa ta’ rapporti finanzjarji minn kumpaniji fl-Istati Uniti tidher…

Barranin

Id-Dollaru tbaxxa għall-inqas livell f’ġimagħtejn waqt in-negozju bikri llum fi New York qabel ma rkupra xi ftit; il-munita tilfet iż-żidiet ta’ nhar il-Ġimgħa fost ħjiel mill-President Trump dwar aktar tariffi…

Aktar