Barranin
Ikompli jogħla l-prezz tad-deheb

Muniti Kontra l-Ewro

Id-Dollaru Amerikan illum waqa’ wara rapporti li ċ-Ċina kienet lesta li tnaqqas il-pass tax-xiri jew twaqqaf ix-xiri ta’ bonds tat-Teżor tal-Istati Uniti, bid-Dollaru jkollu l-akbar tnaqqis f’ġurnata wara kontra l-yen Ġappuniż fi kważi tmien xhur.

L-Isterlina tbaxxiet taħt id-$1.35 għall-ewwel darba f’ġimgħa hekk kif l-investituri ħadu l-profitt wara ż-żieda ta’ dan l-aħħar, għalkemm data ekonomika diċenti illimitat tnaqqis aktar.

Id-Dollaru Awstraljan ħa daqqa lura wara li żieda qawwija u ta’ malajr fid-dħul mill-bonds tat-Teżor illimitaw ix-xiri tad-dollaru Amerikan matul il-lejl.

Indiċijiet

L-ishma Ewropej illum kienu qed jiġu nnegozjati xi ftit aktar baxxi, bil-parti l-kbira tas-setturi, esklużi dawk finanzjarji, urew tnaqqis hekk kif qed jikber it-tħassib dwar id-direzzjoni tas-suq tal-bonds wara li l-bonds tat-Teżor Amerikan għal 10 snin telgħu ogħla minn 2.5% għall-ewwel darba minn Marzu 2017.

Anke l-bonds għal 10 snin tal-Ġermanja laħqu l-ogħla livell tagħhom mil-laqgħa ta’ Ottubru tal-Bank Ċentrali Ewropew, meta d-diretturi ħabbru għall-ewwel darba l-estensjoni tal-iskema tax-xiri tal-bonds. Aktar tard id-DAX kien qed jitlef l-aktar bi kwazi 1%. Il-FTSE 100 kien xi ftit pożittiv, b’żieda simili fil-Topix tal-Ġappun. Id-Dow Jones fetaħ f’territorju negattiv u kien qed jitlef qrib iż-0.5% mal-ftuħ. L-indiċi lokali kellu żieda baxxa.

Ishma Lokali

Fis-sessjoni tal-ishma lokali kien hemm ftit attività. Il-Bank of Valletta  u l-HSBC Bank Malta żdiedu b’0.84% u 0.57%.  Il-GO, l-MIA u l-PG kienu negozjati mingħajr bidla, wara li l-Malta Properties tilfu 0.91%. L-International Hotel Investments kienu l-akbar telliefa bi 2.38%.

Bonds Lokali

Is-sessjoni tal-bonds lokali kienet aktarx pożittiva bil-bonds International Hotel Investments 2026 jiżdiedu b’0.49%, segwiti minn Bortex Group Finance 2027 u Virtu Finance 2027 li kellhom żieda ta’ inqas minn 0.2%. Ftit negattivi kienu il-Mariner Finance 2024 u l-Hili Properties 2025.

Economic indicators

Il-kejl tal-inflazzjoni fin-Norvegja kien ogħla milli kien mistenni f’1.4%, kontra tbassir ta’ 1.2%. Iċ-ċifra ta’ qabel kienet 1%. B’rata ta’ qgħad relattivament baxxa ta’ 2.4%, in-Norveġja qed titħabat biex ittejjeb l-ekonomija tagħha.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijeit taż-żejt mhux maħdum illum laħqu l-ogħla livelli għal bosta snin hekk kif it-tnaqqis mill-produzzjoni mill-OPEC u domanda qawwija għenu sabiex jibbilanċjaw is-suq, iżda analisti wissew li possibilment il-prezz qed jitla’ wisq.

Il-prezz tad-deheb tela’ għall-ogħla fi kważi erba’ xhur hekk kif rapport, li qal li uffiċjali Ċiniżi irrakkomandaw li jnaqqsu l-pass jew jwaqqfu ix-xiri tal-bonds tat-Teżor Amerikan, wassal għal xiri bil-qawwi tad-dollaru, u għalhekk żdied il-prezz tal-assi kkwotati bil-munita Amerikana

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Lokali

L-ewro stabbilizza wara t-telf qawwi tal-ġimgħa li għaddiet iżda t-theddida li qed tikber ta’ gwerra kummerċjali globali, tilwima fil-koalizzjoni Ġermaniża u Bank Ċentrali Ewropew aktar iebes fil-politika monetarja kollha tefgġħu…

Barranin

Muniti Il-Bank Ċentrali Ewropew qal illum li ser itemm l-iskema bla preċedent tiegħu ta’ xiri ta’ bonds sa tmiem is-sena, u b’hekk għamel l-akbar pass sabiex iżarma l-istimulu ta’ żmien…

Barranin

Muniti L-Ewro llum ma ċċaqlaqx kontra d-Dollaru u baqa’ jiswa $1.1796 għax is-swieq ftit li xejn raw miżuri konkreti ħerġin mis-summit bejn l-Istati Uniti u l-Korea ta’ Fuq u qed…

Barranin

L-ewro żdied għall-ogħla livell f’ġimagħtejn wara assigurazzjoni mill-Italja li mhix ser titlaq mill-Unjoni Ewropea u dan ikkalma lill-investituri qabel laqgħa importanti tal-Bank Ċentrali Ewropew. Il-Ministru tal-Ekonomija Taljan qal ilbieraħ li…

Aktar