Barranin
Ikompli jogħla l-prezz taż-żejt

Id-Dollaru tbaxxa għall-inqas rata fi 15-il xahar kontra l-yen għar-raba’ jum infila bl-investituri nervużi qabel ma joħorġu aktar tard iċ-ċifri dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti fost irkupru fraġli fis-swieq finanzjarji.

Id-dollaru, imkejjel kontra basket ta’ muniti, issa tilef żewġ terzi taż-żidiet li kellu dan ix-xahar meta l-investituri xtraw bil-kbir  id-dollaru hekk kif kien hemm bejgħ qawwi fis-swieq tal-ishma.

L-ewro kien qed jiġi nnegozjat 0.23% inqas għal $1.2323, il fuq mir-rata ta’ $1.2206 ta’ nhar il-Ġimgħa. Ċifri tajbin ħafna ekonomiċi Ġermaniżi għar-raba’ kwart tal-2017 wrew is-saħħa tal-ekonomija taż-żona tal-ewro. L-ewro kien aktar b’saħħtu kontra l-Isterlina u aktar baxx kontra l-yen li kien aktar b’saħħtu. L-ewro ma kellu ebda bidla kontra d-Dollaru Kanadiż u l-Frank Svizzeru. Iċ-ċaqliq kontra d-Dollaru Awstraljan kien ikbar wara l-pubblikazzjoni tar-rapport dwar l-inflazzjoni fl-Isatati Uniti fejn d-Dollaru Awstraljan kien it-tellief ewlieni bil-bejgħ li sar tal-munita Awstraljana.

Indiċijiet

L-ishma fl-Istati Uniti fetħu fin-negattiv hekk kif l-istatistika dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti kienet interpretata li tfisser li huwa aktar ċert li l-Federal Reserve ser jżid ir-rati tal-interessi, u dan jimplika aktar spejjeż għan-negozji. L-ishma Ewropej żdiedu fin-negozju bikri qabel il-ħruġ taċ-ċifri tal-inflazzjoni fl-Isatati Uniti li jistgħu jbaxxu jew jżidu, l-biża ta’ rata aktar mgħaġġla ta’ żidiet fir-rati li xprunaw korrezzjoni qawwija fis-swieq finanzjarji. Fl-Ewropa, l-iSTOXX 50 żdied 0.69% bil-boroż u setturi f’territorju pożittiv hekk kif sett qawwi ta’ riżultati mill-kumpaniji u tkabbir ekonomiku robust fil-Ġermanja saħħew lill-ishma waqt li l-investituri stennew iċ-ċifri mill-Istati Uniti.  Sentiment pożittiv kien jidher f’indiċijiet oħrajn bir-Renju Unit, il-Ġermanja u Franza ikollhom żidiet simili. L-Indiċi Ġappuniż tilef 0.82%. L-indiċi lokali kellu żieda minima.

Ishma Lokali

Fis-sessjoni tal-ishma lokali l-akbar telf kien fit-Tigne Mall li tilfu 2%. F’territorju pożittiv kien hemm Trident li żdiedu bi  2.00 ½ % waqt li l-Fimbank u l-RS2 Software żdiedu kważi 1.00%.

Bonds

Is-settur tal-bonds ukoll kellhom jum pożittiv hekk kif is-6pm Holdings, il-Von Der Heyden Group, Dizz Finance u Hili kellhom żieda ta’ qrib il-1.00%. Il-GAP Group żdiedu b’0.25% waqt li l-International Hotel Investments tilfu 0.24%. Kien hemm tnaqqis ta’ 0.48% fil-Bank of Valletta 2019

Economic indicators

L-istatistika dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti llum kienet daqs il-livelli preċedenti ta’ 2.1% madankollu kienu ogħla mit-tbassir ta’ 1.9%. Dan qajjem stennija li l-Federal Reserve ser ikollu jħaffef il-pass taż-żidiet fir-rati matul din is-sena.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt tbaxxa, milqut minn provvista żejda, inkluża ż-żieda fl-inventarji tal-Istati Uniti u flussi fiżiċi biżżejjed, għalkemm il-prospetti li tonqos il-produzzjoni Sawdija matul Marzu, tamiet ta’ tkabbir ekonomiku u dollaru aktar dgħajjef kollha illimitaw it-telf.

Il-prezz bil-quddiem taż-żejt mhux raffinat kien $58.68 kull barmil, 13-il cent inqas mill-aħħar xiri. Il-Brent kien qed jiġi nnegozjat il fuq minn $65 kmieni fi Frar, llum kien $62.34.

Il-prezzijiet taż-żejt telgħu ftit għat-tielet sessjoni infila biex laħqu l-ogħla prezz f’ġimgħa, mgħejjuna minn dollaru aktar dgħajjef, waqt l-investituri stennew id-dejta dwar l-inflazzjoni fl-istati Uniti għal xi ħjiel dwar il-pass taż-żidiet fir-rati tal-interess fl-Istati uniti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-Dollaru reġa’ waqa’ għall-inqas livell f’seba’ ġimgħat kontra grupp ta’ muniti ewlenin hekk kif naqas it-tħassib dwar l-impatt tat-tilwima kummerċjali bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti. Is-swieq finanzjarji issa qed…

Barranin

Id-Dollaru resaq lejn l-inqas rata f’seba’ ġimgħat kontra grupp ta’ muniti oħrajn, waqt li l-muniti bbażati fuq l-prodotti essenzjali avvanzaw wara serħan li l-aħħar rawnd ta’ tariffi mħabbra miċ-Ċina u…

Barranin

Muniti Id-Dollaru żamm qrib l-inqas rati f’seba’ ġimgħat kontra r-rivali tiegħu waqt li muniti riskjużi żdiedu wara li l-President Trump kabbar it-tilwima maċ-Ċina bl-impożizzjoni ta’ tariffi ta’ 10% fuq madwar…

Barranin

Id-Dollaru llum tilef iż-żidiet bikrija u tbaxxa waqt li l-muniti tas-swieq emerġenti tilfu kważi nofs punt perċentwali hekk kif l-investituri qed jistennew il-mossa li tmiss fit-tilwima kummerċjali bejn l-Istati Uniti…

Aktar