Barranin
Ikompli jogħla l-prezz taż-żejt

Il-prezzijiet għall-konsumatur fl-Istati Uniti żdiedu modestament matul April, indikazzjoni lejn żieda kontinwa ta’ inflazzjoni li mistennija żżomm lill-Federal Reserve fit-triq lejn issikkar gradwali tal-politika monetarja.

Il-pressjonijiet fuq il-prezzijiet mistennija li jiżdiedu għax is-suq tax-xogħol qed jissikka ruħu. Statistika oħra turi li l-applikazzjonijiet għall-benefiċċji tal-qgħad il-ġimgħa li għaddiet kien qrib l-inqas livell fi 48 sena.

L-inflazzjoni tidher li riesqa lejn il-mira ta’ 2% tal-Federal Reserve. Il-mexxejja tal-bank ċentrali Amerikan fil-jiem riċenti wrew li ma tantx huma mħassba jekk l-inflazzjoni taqbeż il-mira.

L-ewro rnexxielu jikseb xi żieda kontra d-dollaru u l-Isterlina b’żidiet ta’ nofs punt perċentwali u 0.85% rispettivament.

Il-Bank of England fil-laqgħa tal-llum ma bidilx ir-rati tal-interessi u qal li tkabbir dgħajjef fi-bidu tal-2018 mistenni li jkun temporanju iżda ried li jkun żgur li l-ekonomija kienet qed tirkupra fix-xhur li ġejjin qabel ma jżid ir-rati tal-interessi. B’kuntrast qawwi mal-istennija qawwija ta’ ftit ġimgħat ilu li l-bank kien ser iżid ir-rati tal-interessi, id-diretturi vvutaw 7 kontra 2 biex iżommu r-rata ta’ 0.5%.

L-ishma fl-Ewropa tilfu fil-prezz bil-kumpanija BT fuq quddiem fit-telf wara li dil-kumpanija tat-telefonija Ingliża rrapportat riżultati diżapuntanti u ħabbret pjani sabiex tnaqqas eluf ta’ impjiegi. Madankollu l-indiċi wara żdied hekk kif l-Istati Uniti fetħu 0.41% ogħla. L-indiċi tal-Borża ta’ Malta tilef aktar minn 0.5%.

Kien hemm żieda qawwija fl-ishma tal-MIDI li żdiedu bi kważi 20%. F’territorju negattiv kien hemm tnaqqis ta’ 1% fl-RS2 Software, Lombard Ban k u l-HSBC Bank Malta u tnaqqis qrib it-3% fil-Bank of Valletta.

L-attività fil-bonds lokali kienet imħallta b’żieda fl-SD Finance, Mediterranean Maritime Hub Finance u l-HSBC Bank Malta li kollha żdiedu inqas minn 0.5%.  Tnaqqis modest deher fil-Medserv, il-Virtu u li Stivala Group. Mariner Finance tilfu 1.31%.

Il-prezzijiet taż-żejt għolew u resqin lejn l-akbar żieda f’ġimgħa f’xahar hekk kif is-suq qed iħejji ruħu għal tħarbit potenzjali fil-provvista mill-esportatur ewlieni l-Iran quddiem is-sanzjonijiet mill-Istati Uniti.

L-Istati Uniti qed tippjana li timponi sanzjonijiret ġodda kontra l-Iran, li jipproduċi 4% tal-provvista globali taż-żejt, wara li abbandunat il-ftehim milħuq fl-2015 dwar l-attivitajiet nukleari tal-Iran bi bdil mat-tneħħija tas-sanzjonijiet mill-Istati Uniti u mill-Ewropa.

Id-deheb żdied hekk kif naqas id-dollaru wara statistika dgħajfa aktar milli mistennija fl-inflazzjoni u minħabba ż-żieda fit-tensjoni bejn l-Istati Uniti u l-Iran.

Id-dollaru tbaxxa mill-ogħla livell f’erba’ xhur u nofs wara li l-istatistika wriet li l-prezzijiet għall-konsumatur żdiedu b’0.2% meta t-tbassir kien ta’ 0.3% żieda matul April. Dollaru aktar dgħajjef ifisser li d-deheb ikun irħas għal dawk li ma jaħdmux bid-dollaru.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-dollaru żdied għall-ogħla rata f’ħames xhur illum hekk kif tnaqqas it-tħassib dwar gwerra kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, u dan ħajjar l-investituri biex ikabbru s-sentiment favur il-munita Amerikana. L-investituri…

Barranin

L-Ewro llum tbaxxa għall-inqas rata f’ħames xhur għax l-investituri qed juru tħassib dwar it-talbiet tal-partiti populisti li mistennija jiffurmaw gvern fl-Italja u hekk kif żieda ġdida fid-dħul tal-bonds tat-Teżor Amerikan…

Barranin, Lokali

L-ewro baqa’ mwaħħal qrib l-inqas rata wara l-aħbar ta’ tkabbir ekonomiku dgħajjef aktar milli mistenni fil-Ġermanja u żieda fid-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan għenet lid-dollaru jirkupra wara pawsa fiż-żidiet. Is-saħħa tad-dollaru…

Barranin

Id-Dollaru tbaxxa għall-inqas livell f’ġimgħa hekk l-investituri bdew jiddubitaw jekk l-irkupru tal-ġimgħa li għaddiet li wassal lill-munita Amerikana għall-ogħla livell f’aktar minn erba’ xhur kienx spiċċa. Id-Dollaru żdied hekk kif…

Aktar