Barranin
Ikompli jogħla l-prezz taż-żejt

Muniti Kontra l-Ewro

Id-dollaru tbaxxa llum, u laħaq l-inqas rata tas-sessjoni kontra l-yen u l-frank Żvizzeru wara l-ħruġ ta statistika dgħajfa aktar milli mistennija dwar l-ordnijiet għall-oġġetti durabbli fl-Istati Uniti. L-isterlina irkuprat it-telf li ġarrbet matul il-ħruġ tal-baġit illum biex biex tkun negozjata ftit ogħla, bl-investituri qed jaraw ftit li biddel l-istampa tal-ekonomija.

Indiċi

Fil-ftuħ tan-negozju, id-Dow Jones fetah 0.07% aktar baxx. Il-FTSE 100 u l-iSTOXX 50 żdiedu b’0.50% u 0.32% rispettivament. Il-CAC 40 żied 0.41% waqt li d-DAX tilef 0.28%.

Ishma Lokali

Is-suq tal-ishma lokali llum kien kalma bi ftit movimenti żgħar. Plaza Centres u HSBC Bank Malta żdiedu b’0.90% u 0.64%. Il-PG tilfu 2.03%.

Bonds lokali

Kien hemm bosta movimenti fis-sessjoni tal-bonds lokali. L-Island Hotels Group Holdings 2024 u l-Mediterranean Investments Holding 2020 żdiedu b’1.78% u 0.97% rispettivament. L-SD Finance 2027 tilfu 0.20%.

Indikaturi Ekonomiċi

Id-Dipartiment tal-Kummerċ Amerikan qal llum li l-ordnijiet għall-oġġetti durabbli, li tal-anqas iservu 3 snin, waqgħu b’1.2% matul Ottubru wara li kienu żdiedu bi 2.2% f’Settemnbru u bi 2.1% f’Awwissu. L-applikazzjonijiet għall-benefiċċju tal-qgħad naqsu bi 13,000 għal 239.,000 fil-ġimgħa li għalqet fit-18 ta Novembru.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt illum estenda ż-żidiet, biż-żejt mhux maħdum Amerikan jilħaq it-$58 kull barmil għall-ewwel darba minn Lulju 2015 hekk kif pajplajn ewlenija mill-Kanada lejn l-Istati Uniti waqqfet iż-żejt, fejn l-inventarji mistennija li jkunu waqgħu aktar. Il-prezzijiet tad-deheb illum żdiedu, mgħejjuna minn dollaru aktar dgħajjef qabel il-ħruġ tal-minuti tal-Federal Reserve li jistgħu jagħtu ħjiel tal-pass taż-żidiet futuri fir-rati tal-interessi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan qed jieħu ftit tan-nifs wara li laħaq l-ogħla livell għall-2018 fil-bidu ta’ din il-ġimgħa. Madankollu, ir-raġuni għal pawża mhijiex minħabba l-politika dwar l-ekonomija Amerikana, il-politika tal-Federal Reserve…

Barranin

Id-Dollaru żdied wara li laħaq l-ogħla livell f’sena fost dgħufija fl-Ewro u l-Isterlina, hekk kif in-negozjati dwar Brexit huma weqfin u t-tħassib dwar it-tkabbir ekonomiku qajjem aktar dibattitu dwar il-projezzjonijiet…

Barranin

Id-Dollaru qed ikun negozjat biex jirkupra xi ftit fis-sessjoni Ewropea hekk kif is-swieq kienu qed jistennew id-deċiżjoni dwar ir-rata tal-interessi mill-Federal Reserve aktar tard. Illum kien id-Dollaru Awstraljan l-aktar b’saħħtu…

Barranin

Muniti Id-dollaru ddgħajjef wara li l-elezzjonijiet ta’ nofs il-leġiżlatura qasmu lill-Kungress u tappnu l-aspettativi għal stimulu fiskali addizzjonali, waqt li l-yen iddgħajjef kontra l-parti l-kbira tal-muniti rivali hekk kif żdied…

Aktar