Barranin
Ikompli t-tħassib dwar l-ekonomija globali hekk kif id-dħul mill-bonds naqas

Muniti

L-Isterlina żdiedet bi kwart perċentwali llum qabel sensiela ta’ voti indikattivi fil-House of Commons dwar il-Brexit.

L-Isterlina telgħet għal $1.3245 waqt sessjoni pjuttost kwieta. Kontra l-ewro wriet żieda ta’ 0.3% għal 85.08 pence.

Hekk kif il-kriżi ta’ tliet snin dwar il-Brexit tidher li riesqa lejn l-aħħar, xorta huwa inċert kif, meta jew anke jekk ir-Renju Unit jitlaqx mill-Unjoni Ewropea, għalkemm il-Prim Ministru May tittama li terġa’ tipproponi l-ftehim tagħha aktar tard din il-ġimgħa.

L-ewro żdied għal $1.12758 iżda mbagħad tbaxxa malajr għal $1.1250.

Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew Mario Draghi qal li l-bank jista’ jdewwem żieda fir-rati tal-interessi għal darb’oħra jekk ikun meħtieġ, issa l-analisti qalu li l-investituri diġà ħasbu għal dan fil-valutazzjoni tal-munita.

Indiċi

L-ishma Ewropej waqgħu llum u tilfu ż-żidiet bikrin hekk kif id-dħul mill-bonds kompla juri tħassib ta’ riċessjoni u l-investituri stennew il-voti indikattivi fuq sensiela ta’ għażlet alternattivi għal Brexit.

Dawn il-mossi kienu jixbħu dawk li dehru dan l-aħħar, meta l-investituri warrbu l-ishma u stkennew fis-sigurtà tal-bonds wara statistika dgħajfa mill-Ewropa u mill-Istati Uniti kabbret il-biża’ dwar it-tkabbir ekonomiku globali.

Waqt li rrikonoxxa t-tħassib dwar it-tkabbir ekonomiku, il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew Mario Draghi qal li l-Bank jista’ jdewwem iż-żieda fir-rata tal-interessi jekk ikun meħtieġ u jista’ jikkunsidra miżuri biex inaqqas l-effetti tar-rati ta’ interessi negattivi.

L-indiċijiet ewlenin f’Wall Street ftit li xejn iċaqilqu hekk kif kompla t-tħassib dwar l-ekonomija globali bid-dħul mill-bonds jonqos.

Ishma Lokali

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-Grand Harbour Marina wrew żieda ta’ 8.03% l-ogħla tal-ġurnata segwiti minn żieda ta’ 1.85% fl-HSBC Bank Malta. Kien hemm tnaqqis ta’ 3.45% fil-Bank of Valletta segwiti minn tnaqqis ta’ 1.15% fil-Malita Investments u ta’ 0.96% fil-BMIT Technologies.

Bonds Lokali

Fis-sessjoni tal-bonds, il-Hili Properties 2025 wrew żieda ta’ 2.44% waqt li kien żieda ta’ 0.73% fil-Mediterranean Investments Holding2020. Il-Premier Capital 2026 tilfu 0.19%.

Il-prezzijiet taż-żejt baqgħu stabbli llum hekk kif it-tfixkil għall-provvista mill-Veneżwela offra sostenn iżda kien ibbilanċjat minn rapport li wera li kien hemm żieda fil-ħażniet taż-żejt mhux maħdum fl-Istati Uniti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet għal inqas minn $1.24 illum, livelli li qatt ma kienet fihom għal aktar minn sentejn, hekk kif l-investituri komplew jistudjaw ir-riskji li qed jikbru li r-Renju Unit…

Barranin

Muniti L-ewro llum baqa’ fil-firxa riċenti ta’ negozju kontra d-dollaru, bil-progress tiegħu limitat mill-aspettattiva dwar pożizzjoni mhux aggressiva tal-bank Ċentrali Ewropew il-ġimgħa d-dieħla u wara li l-investituri saru inqas aggressivi…

Barranin

L-ewro kien ftit aktar b’saħħtu fil-livell ta’ $1.1264 iżda ftit inqas mill-$1.1285 li laħaq nhar il-Ħamis qabel ma ħarġet id-dejta dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti. Id-dollaru kien b’saħħtu l-Ġimgħa wara li…

Barranin

Muniti L-isterlina żdiedet illum u rkuprat il-parti l-kbira tat-telf li kellha kmieni din il-ġimgħa wara li ċ-Chairman tal-Federal Reserve Jerome Powell ħalla l-bieb miftuħ għal tnaqqis fir-rati, għalkemm l-ekonomija Ingliża…

Aktar