Barranin
Ikomplu t-taħditiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina

Ir-rata tal-ewro kontra d-dollaru estendiet it-tnaqqis tagħha wara li għal ftit laħqet ir-rata ta’ $1.1500 sabiex tbaxxiet għal $1.14480. Sadattant l-ewro żdied 0.07% kontra l-Isterlina, 0.35% kontra d-Dollaru Awstraljan; 0.174% kontra d-Dollaru Kanadiż; 0.06% kontra l-Yen u 0.03% kontra l-Frank Żvizzeru.

Il-prezzijiet tal-ishma kienu mħallta wara l-aħjar xahar għall-ishma globali f’aktar minn seba’ snin, hekk kif qed ikomplu jidħlu r-rapporti finanzjarji mill-kumpaniji u l-investituri mħejjija għat-tkomplija tat-taħditiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Id-dollaru kien sod u kien hemm żieda fil-prezzijiet tal-ishma Ewropej.

Il-FTSE 100 żdied 0.23%; l-iSTOXX 50 b’0.02%; id-DAX b’0.31% u l-CAC 40 b’0.10%.

Il-prezz tż-żejt Brent tbaxxa b’0.16% għal $60.95 waqt li l-United States Light Crude tilef 0.30% fil-mija għal %53.81.

Kien hemm tnaqqis fil-prezz tad-deheb ta’ 0.20% għal $1,317.08. Il-fidda tbaxxiet ukoll b’0.69% għal $15.92380.

Nhar it-Tnejn mir-Renju Unit joħroġ l-indiċi dwar is-settur tal-kostruzzjoni waqt li mill-Awstralja joħorġu ċ-ċifri tal-bejgħ bl-imnut minn xahar għal xahar u d-deċiżjoni tar-Reserve Bank of Australia dwar ir-rata tal-interessi.

 Nhar it-Tlieta jkun hemm l-indiċi tas-settur tas-servizzi tar-Renju Unit u l-industriji tas-setturi mhux tal-manifattura mill-Istati Uniti.

Nhar l-Erbgħa mbagħad, mill-Istati Uniti toħroġ l–istatistika dwar l-ordnijiet tal-oġġetti durabbli; il-bejgħ bl-imnut; il-Prodott Domestiku Gross u l-Bejgħ bl-imnut u l-inventarji taż-żejt. Mill-Kanada joħorġu ċ-ċifri tax-xiri mill-industrija.

Nhar il-Ħamis mir-Renju Unit ikun hemm ir-rapport dwar l–inflazzjoni; id-deċiżjoni tal-Bank of England dwar ir-rata tal-interess u l-Minuti tal-laqgħa tal-Kumitat dwar il-Politika Monetarja tal-Bank of Englnd u mill-Istati Uniti joħorġu ċ-ċifri tal-permessi tal-Bini.

Nhar il-Ġimgħa, il-Kanada tippublika ċ-ċifra dwar il-bidla fl-impjiegi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-dollaru ssoda llum iżda xorta kien fuq id-difiża wara li uffiċjali tal-Federal Reserve saħħew l-aspettattiva ta’ tnaqqis aggressiv fir-rati tal-interessi dan ix-xahar biex jindirizzaw il-pressjonijiet dgħajfa mill-prezzijiet. F’konferenza tal-bank ċentrali,…

Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet għal inqas minn $1.24 illum, livelli li qatt ma kienet fihom għal aktar minn sentejn, hekk kif l-investituri komplew jistudjaw ir-riskji li qed jikbru li r-Renju Unit…

Barranin

Muniti L-ewro llum baqa’ fil-firxa riċenti ta’ negozju kontra d-dollaru, bil-progress tiegħu limitat mill-aspettattiva dwar pożizzjoni mhux aggressiva tal-bank Ċentrali Ewropew il-ġimgħa d-dieħla u wara li l-investituri saru inqas aggressivi…

Barranin

L-ewro kien ftit aktar b’saħħtu fil-livell ta’ $1.1264 iżda ftit inqas mill-$1.1285 li laħaq nhar il-Ħamis qabel ma ħarġet id-dejta dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti. Id-dollaru kien b’saħħtu l-Ġimgħa wara li…

Aktar