Barranin
Il-baġit tal-Italja jaffettwa r-rata tal-ewro

Muniti

Wara reazzjoni aktarx kiebja għall-aħħar aħbarijiet li l-Kummissjoni Ewropea illum ma aċċettatx l-aħħar proposti tal-baġit Taljan, kien hemm pressjoni minn bejgħ tad-dollaru fuq ir-rata mal-ewro, bir-rata titla’ għal $1.1400.

Fi sfond ta’ negozju imbiegħed minn riskju, id-dollaru kellu pressjoni fuqu minn xnigħat li l-Federal Reserve possibilment ser jagħmel pawsa fiż-żieda fir-rati ta interessi sar-rebbiegha 2019. B’ebda sorsi uffiċjali ma jikkonfermaw dan, l-investituri interpretaw l-istorja b’kawtela u ftit tawha valur qawwi.

Barra dan, il-prospetti ta’ aktar inkwiet bejn l-Italja u l-Unjoni Ewropea, l-aktar wara kummenti mid-Deputat Anzjan D’Uva mill-Moviment Cinque Stelle li l-baġit mhux ser jinbidel, jistgħu jkomplu jnaqqsu s-sentiment dwar il-munita unika u jillimitaw xi żieda f’terminu qasir.

L-investituri issa jistennew l-istatistika ekonomika mill-Istati Uniti, fosthom l-ordnijiet durabbli għal xi impetu ġdid u bil-għan li jaħtfu xi opportunitajiet kummerċjali ta’ terminu qasir.

Ir-rata tal-ewro mad-dollaru #diedet b’0.26% għal $1.401. L-ewro żdied ukoll b’0.121% kontra l-Isterlina; 0.13% kontra d-Dollaru Kanadiż; 0.13% kontra l-Yen u 0.16% kontra l-Frank Żvizzeru. L-ewro tilef 0.12% kontra d-Dollaru Awstraljan.

Indiċi

Żdiedu l-prezzijiet bil-quddiem tal-ishma Amerikani flimkien mal-ishma Ewropeej u naqqsu t-telf wara tnaqqis qawwi fuq kull klassi ta’ assi ilbieraħ. Il-bonds tat-Teżor Amerikan żdiedu u d-dollaru tbaxxa fost spekulazzjoni li l-Federal Reserve jista’ jtaffi xi ftit il-politika monetarja tiegħu.

Il-bonds Taljani ssodaw wara rapporti li l-gvern Taljan aktarx huwa lest li jirrevedi l-baġit hekk kif l-Unjoni Ewropea bdiet l-ewwel passi biex timponi multi fuq il-pajjiż.

Il-FTSE 100 żdied b’0.76%; l-iSTOXX b’0.58%; id-DAXC b’0.66% u l-CAC 40 b’0.30%. Id-Dow Jones fetaħ 0.43% ogħla waqt li l-indiċi ta Malta kellu wkoll żieda ta’ 0.002%.

Shares

Fil-Borza ta’ Malta, l-ishma ta’ Medserv, l-International Hotel Investments, il-Malita Investments u Bank of Valletta żdiedu b’aktar minn 1.00%. L-RS2 Software ma kellhom ebda bidla. L-HSBC Bank Malta u l-Malta International Airport tilfu aktar minn 0.50%.

Bonds

Fil-bonds lokali, il-MIDI 2026, il-Mediterranean Investments Holdings 2022, il-Bank of Valletta 2019 u l-Pendergardens Developments 2020 kellhom żieda ta’ aktar minn 0.40%. It-Tumas Investments 2024, l-International Hotel Investments 2025 u l-Hudson Malta 2026 tilfu b’akta rminn 0.20%.

Prodotti Essenzjali

Iż-żejt irkupra mill-inqas prezz f’sena, bil-Brent jitla b’1.76% għal $63.63 waqt li l-U.S.Light crude wera żieda ta’ 1.91% għal $54.46.

Id-deheb żdied b’0.20% għal $1,224.14 waqt li l-fidda telgħet b’0.82% għal $14.4401.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-ewro ddgħajjef, u riesaq lejn l-agħar ġimgħa minn kmieni f’Lulju, hekk kif kummenti moderati mill-membru tal-bord governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew, Olli Rahn żamm is-sentiment moderat. L-ewro tilef 0.10% kontra d-Dollaru…

Barranin

Muniti L-ewro tilef sa 0.30% kontra d-dollaru għall-inqas rata tal-ġurnata ta’ $1.1162, wara li l-President tas-Senat Taljan iltaqgħet mal-mexxejja tal-partiti biex jiddeċiedu dwar id-data tal-vot ta’ sfiduċja fil-gvern tal-Prim Ministru…

Barranin

Muniti L-ewro, li din is-sena diġà tbaxxa bi 2%, huwa mbassar li jkun żdied bi 3% fi 12-il xahar biex ikun negozjat f’€1.15. Analisti ilhom inaqqsu t-tbassir tagħhom dwar l-ewro…

Barranin

Muniti L-isterlina llum żdiedet xi ftit biex żammet ‘il fuq mill-inqas rati riċenti għalkemm baqgħet vulnerabbli għax l-investituri xorta huma mħassba li r-Renju Unit ser joħroġ mill-Unjoni Ewropea bla ftehim….

Aktar