Barranin
Il-Baġit Taljan jaffettwa l-Ewro

Bl-inflazzjoni tiżdied inqas milli kien mistenni, id-Dollaru Amerikan tbaxxa kontra l-Ewro għal $1.1600, l-ogħla livell mill-1 ta’ Ottubru.

L-Ewro kompla jitlef kontra l-munita Amerikana lbieraħ hekk kif is-swieq baqgħu mħassbin dwar l-aħħar żviluppi fil-kwistjoni tal-baġit Taljan, iżda l-Ewro ser jiffaċċja uġigħ ta’ ras ieħor il-ġimgħa d-dieħla.

Il-Ġermaniżi tal-Bavarja ser imorru jivvutaw nhar il-Ħadd li ġej biex jagħżlu liema partit ser imexxi l-leġiżlatura fil-Bavarja, l-aktar stat popolat fl-akbar ekonomija fl-Ewropa, li saret post il-battalja ewlieni għall-partiti opposti.

L-Isterlina baqgħet qrib l-livell ta’ bosta ġimgħat milħuqa riċentement kontra l-Ewro u l-ogħla għal bosta ġranet kontra d-Dollaru Amerikan bis-swieq apparentement jaddottaw approċċ ta’ stennija għal ftehim imminenti dwar il-Brexit.

Indiċi

L-ishma f’Wall Street tbaxxew sewwa, bl-indiċijiet ewlenin jitilfu aktar minn 3% f’bejgħ qawwi xprunat minn żieda f’daqqa fir-rati tal-interessi fl-Istati Uniti.

Meta n-negozju kkalma, id-Dow Jones tilef 3.2% fl-akbar waqgħa tiegħu minn Frar.

L-S&P 500 tbaxxa bi 3.3% waqt li in-Nasdaq, li huwa ibbażat fuq kumpaniji tat-teknoloġija 4.1%.

Ishma Lokali

Fil-Borża ta’ Malta, il-Bank of Valletta żdiedu bi 2.22%, il-FimBank b’1.41% waqt li l-Malta International Airport tilfu 0.81%.

Il-prezzijiet tad-deheb bdew jiżdiedu waranofsinhar u avvanzaw għall-ogħla livell mill-21 ta’ Settembru għal $1,209 kull uqija.

Il-prezzijiet taż-żejt mhux maħdum jinsabu fuq id-difiża għal sessjoni għada u tbaxxew għal $74.24.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina żammet ‘il fuq minn $1.29 llum wara li statistika dwar is-suq tax-xogħol wriet li t-tkabbir fil-paga tal-ħaddiema żamm l-istess pass mgħaġġel  fi tmiem l-2018, bl-investituri iffukati mal-ewwel fuq…

Barranin

Muniti li huma meqjusa bħala siguri bħal Yen żdiedu llum wara ċifri batuti dwar il-bejgħ bl-imnut fl-Istati Uniti u hekk kif is-swieq qed jittamaw li jkun hemm żviluppi fit-taħditiet kummerċjali…

Barranin

Muniti L-ewro tilef 0.19% kontra d-dollaru għal $1.1304 wara li kien laħaq l-ogħla rata tas-sessjoni ta’ $1.1342. Il-munita unika kellha pressjoni fuqha minn statistika dwar il-produzzjoni industrijali fiż-żona tal-ewro li…

Barranin

Muniti Id-dollaru huwa ogħla għas-sitt jum u għal ftit ħin laħaq l-ogħla rata f’xahar hekk kif t-tħassib dwar it-tkabbir fl-Ewropa qed ikollu effett ħażin fuq l-ewro. L-Isterlina kisbet lura t-telf…

Aktar