Barranin
Il-banek ċentrali tad-dinja biegħu aktar deheb milli xtraw f’Awwissu

Muniti

Id-dollaru Amerikan u l-yen llum tbaxxew wara li t-tamiet li kien hemm dwar stimulu fiskali mill-Istati Uniti tejjeb is-sentiment tal-investitur, waqt li l-prospetti rati ta’ interessi negattiv baxxew lid-dollaru ta’ New Zealand.

L-Isterlina stabilizzat hekk kif tjiebu l-prospetti għal ftehim dwar Brexit bir-Renju Unit jagħtih 66% ċans ta’ ftehim.

L-ewro tbaxxa kontra l-muniti kollha għalkemm żamm sod kontra l-Framnk Żvizzeru.

Indiċi

L-ishma Ewropej tjiebu u ngħaqdu ma’ rkupru globali fuq tamiet ta’ aktar stimulu Amerikan, u tbassir tajjeb mill-kumpanija GVC Holdings tejjeb is-sentiment. L-indiċijiet kienu ogħla madwar l-Ewropa, l-Istati Uniti u l-Asja kollha juru direzzjoni. L-aħjar li mar kien il-Ġermaniż DAX li żdied 0.9% tard wara nofsinhar. L-indiċi lokali segwa dak barranin u wera żieda ta’ 0.2%.

Ishma

Fis-sessjoni tal-ishma lokali, il-Bank of Valletta u l-HSBC it-tnejn żdiedu aktar minn 1%, waqt li l-RS2 Software żdied ftit inqas. Kien hemm negozju konsiderevoli bl-ebda bidla fil-prezz bil-GO, l-International Hotel Investments u l-Lombard ma wrew ebda ċaqliq. L-aktar ċaqliq kien it-tnaqqis ta’ kważi 22% fil-valur tal-ishma tal-Medserv.

Fis-settur tal-bonds lokali, il-Pendergardens u l-International Hotel Investments żdiedu qrib il-1%. Movimenti fin-negattiv kienu fl-International Hotel Investments 2025 b’0.84%, l-SP Finance tilfu 0.96%. L-International Hotel Investments 2024, l-iStivala u l-Mediterranean Maritime Hub Finance, tilfu bejn 1% u 1.5%.

L-OPEC qalet li d-domanda dinjija għaż-żejt ser issib il-bilanċ tard fis-snin 30 li ġejjin u sa dak iż-żmien tista’ tkun qed tonqos. Din kienet bidla ewlenin fil-fehma tal-OPEC li tirrifletti l-impatt dejjiemi tal-coronavirus fuq l-ekonomija u l-imġiba tal-konsumatur.

Skont il-Kunsill Dinji tad-deheb, il-banek ċentrali tad-dinja biegħu aktar deheb f’Awwissu milli xtraw. B’hekk temmew perjodu ta’ sena u nofs ta’ akkumulazzjoni kull xahar ta’ deheb u waqfu ż-żieda rapida fil-prezzijiet tad-deheb.