Barranin
Il-bank ċentrali Amerikan ibassar li din is-sena l-akbar ekonomija fid-dinja ser tiċkien b’6.5%

Muniti

L-ewro dalgħodu żdied 0.1% kontra d-dollaru, madankollu wara d-dollaru żdied 0.07% għal $1.1366 kull ewro. Kontra l-Isterlina, l-ewro kien qed jiżdied 0.70% iżda tilef 0.26% kontra l-Yen.

Il-Yen u l-Frank Żvizzeru żdiedu llum hekk kif intlaqtu ħażin l-aspettattivi li l-ekonomija globali ser tirpilja malajr mill-pandemija. Dan ġara wara l-laqgħa tal-federal Reserve Amerikan.

Il-bank ċentrali Amerikan ta x’wieħed jifhem li qed jippjana snin sħaħ ta’ sostenn straordinarju għall-ekonomija tal-Istati Uniti, li huma jipproġġettaw li ser tiċkien b’6.5% matul l-2020, li r-rata tal-qgħad titla’ għal 9.3% fi tmiem din is-sena u li r-rati tal-interessi mistennija jibqgħu qrib iż-żero sa tmiem l-2022.

L-istyerlina tbaxxiet kontra d-dollaru u kontra l-ewro u riesqa lejn tmiem l-itwal perjodu ta’żieda kontra d-dollaru f’sentejn  u nofs hekk kif t-tħassib dwar il-Brexit u l-ispekulazzjoni dwar rati ta’ interessi negattiv laqtu ħażin lill-munita Ingliża.

Indiċi

L-ishma Ewropej tbaxxew mill-ogħla livelli għal tliet xhur wara prospetti ekonomiċi mċajpra mill-Federal Reserve tal-Istati Uniti u tħassib dwar it-tieni mewġa tal-coronavirus.

Il-prezzijiet bil-quddiem tal-ishma fl-Istati Uniti waqgħu sewwa llum minħabba ansjetà dwar tieni mewġa ta’ corionavirus u t-tbassir ikrah għall-ekonomija mill-Federal Reserve. L-ishma tal-linji tal-ajru, l-operaturi tal-cruises u l-casinos ħadu tisbita hekk kif analisti qalu li l-każi ġodda żdiedu fl-Istati Uniti wara ħames ġimgħat ta’ tnaqqis.

Shares

Fix-xena tal-ishma lokali l-movimenti kienu l-aktar pożittiv bil-MaltaPost biss f’territorju negattiv bi tnaqqis ta’ 0.85%.

Min-naħa l-oħra, il-GO żdiedu 0.57%, Simonds Farsons Cisk b’0.63%, l-International Hotel Investments avvanza 0.85%, il-Malta International Airport telgħu għal €5.75 kull sehem b’żieda ta’ 0.88% u l-ishma tal- FIM Bank kienu l-aħjar li marru b’5.26%.

Bonds

Anke fis-settur tal-bonds lokali, is-sentiment kien pożittiv li l-Mercury Projects Finance  2031 u l-Von der Heyden Group Finance 2024 rreġistraw tnaqqis ta’ registered major negative moves. 4.25% Mercury Projects Finance plc 2031 dropped by 0.98% u  0.50% rispettivament.

Fuq in-naħa pożittiva kien hemm il-MIDI  2026 b’0.99%, il-Mercury Projects Finance  2027 b’1%, il-Mediterranean Investments Holding  2022 b’1.02%, l-International Hotel Investments  2026 b’1.50% u l-aħjar li marru kienu l-Pendergardens Developments  2022 it-tieni serje b’żieda ta’ 1.69%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew llum, milquta minn żieda rekord oħra fil-ħażniet taż-żejt mhux raffinat Amerikan u l-proġezzjonijiet tal-Federal Reserve li l-akbar ekonomija fid-dinja ser tiċkien b’6.5% din is-sena.

Anke l-prezz tad-deheb tbaxxa hekk kif l-investuri ħadu l-profitt wara li l-prezzijiet irkupraw għall-ogħla livell f’ġimgħa wara l-impenn tal-Federal Reserve li jipprovdi sostenn straordinarju lill-ekonomija Amerikana, milquta mill-coronavirus.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Id-dollaru kien imwaħħal f’firxa dejqa, sostnut mill-flussi f’assi sikuri hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus…

Barranin

Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra r-rivali tiegħu hekk kif statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti u mill-Ewropa saħħew is-sentiment ta’ riskju, b’tamiet għal vaċċin kontra l-Covid-19 ikomplu jgħinu s-sentiment….

Barranin

Muniti Statistika ekonomika Ewropea tajba xprunat is-sentiment ta’ riskju llum, waqt li tilef l-ewro u l-indiċi tad-dollaru żdied xi ftit hekk kif  is-swieq finanzjarji bbilanċjaw tamiet għal rkupru ekonomiku globali…

Barranin

Muniti Grupp ġdid ta’ statistika ekonomika ħażina żammet lill-ewro u lill-isterlina taħt pressjoni hekk kif tbaxxa s-sentiment minħabba l-biża’ ta’ postijiet ġodda ta’ imxija qawwija tal-COVID-19 madwar id-dinja u li…

Aktar