Barranin
Il-Bank Ċentrali Ewropew iwiegħed li se jkompli jżid ix-xiri tal-bonds fix-xhur li ġejjin

Muniti

L-ewro kien qed jiġi nnegozjat għal $1.1950, inqas mill-ogħla livelli. Il-Bank Ċentrali Ewropew illum ma bidilx il-politika monetarja u wiegħed li ser ikompli jżid ix-xiri tal-bonds fit-tliet xhur li ġejjin. Il-kap tal-Bank, Christine Lagarde ikkumentat dwar l-inflazzjoni u qalet li huwa possibli li l-inflazzjoni tilħaq it-2% sa tmiem din is-sena u l-bank qed isegwi b’attenzjoni ir-rata tal-kambju minħabba l-inflazzjoni. Madankollu l-esperjenza passata wriet li l-Bank ma jaġixxix direttament fuq ir-rati tal-kambju. Is-swieq qed jistennew l-irkant tal-bonds bi skadenza ta’ 30 sena mill-Istati Uniti aktar tard illum.

L-Isterlina qed tavvanza ‘l fuq minn $1.3950 hekk kif id-dollaru, meqjus bħala munita sigura, qed jidgħajjef mat-tnaqqis fid-dħul mill-bonds u wara l-approvazzjoni tal-liġi dwar l-istimulu. Is-swieq sa issa ma tawx importanza t-tilwima bejn l-Istati Uniti u r-Renju Unit dwar l-esportazzjoni tal-vaċċin.

Indiċi

Indiċijiet tal-ishma ewlenin fl-Istati Uniti fetħu f’territorju pożittiv llum għat-tielet jum infila hekk kif il-flussi minħabba r-riskju komplew jiddominaw is-swieq finanzjarji. Id-Dow Jones kien qed jiżdied b’0.45%; l-S&P 500 wera żieda bta’ 0.65% u n-Nasdaq żdied b’1.62%. L-indiċijiet globalment kellhom prestazzjoni simili għal tal-bieraħ għax il-parti l-kbira kienu pożittivi bl-eċċezzjoni tal-FTSE 100. L-indiċi Malti llum tilef 0.2%.

Ishma

Fis-sessjoni tal-ishma, il-Lifestar u l-Grand Harbour Marina żdiedu bejn il- 1.5% u t-2%. F’territorju negattiv kien hemm erba ishma bil-banek ikollhom l-inqas telf waqt li l-MIDI u l-Malta Properties kellhom telf akbar. L-HSBC tilfu 0.6% waqt li kien hemm tnaqqis ta’ aktar minn 1% fl-ishma tal-Bank of Valletta. Il-MIDI tilfu qrib l-4% waqt li kien hemm tnaqqis ta’ kwazi whilst 5.5% fil-Malta Properties Company.

Bonds

F’dak li għandu x’jaqsam mal-bonds lokali, il-Cablenet Communication System avvanzaw kważi 2% bl-International Hotel Investments jiżdiedu b’0.28%. Min-naħa l-oħra, l-AX Investments tilfu kważi 0.5%, l-SP Finance 2029 tilfu qrib il-1.3% waqt li l-MIDI 2026 tilfu qrib it-3%.

Prodotti Essenzjali

Iż-żejt illum kellu jum pożittiv bil-Brent jiżdied 1% u l-West Texas Intermediate madwar 0.76%. Id-deheb kien qed jiġi nnegozjat f’territorju pożittiv għat-tielet jum wara l-ieħor iżda wara nofsinhar naqqas mir-ritmu. Il-bejjiegħa huma mistennija li jieħdu kontroll tas-sitwazzjoni bejn id-deheb jaqa’ taħt l-$1,720 kull bqija.

Il-prezzijiet tal-fidda fin-negozju ri ċenti kienu f’territorju negattiv u waqa’ lejn il-livell ta’ $26.00 mill-ogħla livell ta’ $26.40 kmieni fis-sessjoni Ewropea. B’hekk tilef 0.75%.