Barranin, Lokali
Il-Bank Ċentrali Ewropew iżomm l-istess rati ta’ interess

Muniti Kontra l-Ewro

L-ewro żamm iż-żidiet li għamel kontra għadd wiesgħa ta’ muniti llum wara li l-Bank Ċentrali Ewropew ikkonferma l-politika monetarja laxka bil-bosta, bis-swieq idawru l-attenzjoni tagħhom lejn il-kummenti tal-President tal-Bank, Mario Draghi aktar tard. Il-Bank ikkonferma l-politika tiegħu llum u anke żamm il-bieb miftuħ sabiex iżid ix-xiri tal-bonds, u b’hekk warrab il-possibiltà li formalment juri l-intenzjoni li ser iwaqqaf l-istimulu mis-sena d-dieħla.

Indiċi

Fil-ftuħ tan-negozju, id-Dow Jones fetaħ 0.18% inqas. L-indiċijiet Ewropej kollha kienu f’territorju pożittiv bid-DAX Ġermaniż fuq quddiem b’żieda ta’ 1.02%.

Ishma Lokali

Kien hemm bosta movimenti fis-suq tal-ishma lokali bil-Malta Properties Company u l-Mapfre Middlease jżidu 3.92% u 3.30% rispettivament. Simonds Farsons Cisk żdiedu b’aktar minn 3.00%. F’territorju negattiv kien hemm l-RS2Software bi tnaqqis ta’ 0.28% u l-FIMBank bi tnaqqis ta’ 1.32%.

Bonds Lokali

Is-suq lokali tal-bonds illum kien imħallat bil-Pendergardens Developments 2022, il-Hal Mann Vella Group 2024 u l-SD Finance 2027 f’territorju pożittiv b’żidiet ta’ inqas minn 1%. Min-naħa l-oħra l-PTL Holdings 2024, l-Eden Finance 2027 u l-Premier Capital 2026 għalqu f’territorju negattiv.

Indikaturi Ekonomiċi

Il-Bank Ċentrali Ewropew illum ma bidilx ir-rati ta’ interessi tiegħu f’deċiżjoni li kienet antiċipata ħafna u m’għamel l-ebda bidla fil-politika monetarja. Ir-rata ewlenija ta’ rifinanzjament baqgħet zero.

L-għadd ta’ persuni li applikaw għall-għajnuna tal-qgħad fl-Istati Uniti l-ġimgħa li għaddiet żdied ferm aktar milli kien mistenni. Id-Dipartiment tax-Xogħol qal li l-għadd żdied bi 62,000 għal 298,000.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet Brent taż-żejt illum stabilizzaw irwieħhom, u kienu qrib l-ogħla fi tliet xhur u nofs hekk kif ir-raffineriji fl-Istati Uniti qed jibdew jaħdmu wara l-maltempata Harvey u żiedu l-ipproċessar taż-żejt mhux maħdum waqt li d-dollaru tbaxxa.

Il-prezz tad-deheb żdied għall-ogħla livell f’sena wara li d-dollaru tbaxxa minħabba statistika dgħajfa dwar l-impjiegi fl-Istati Uniti u prospetti mhux mibdula dwar t-tkabbir u l-inflazzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew.

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro L-ewro rkupra mill-inqas rata kontra l-yen negozjata llum fl-Asja, bl-investituri jwarrbu min-nofs ir-riskji politiċi tan-nuqqas tal-Kanċillier Angela Merkel li tifforma koalizzjoni bejn tliet partiti. L-isterlina żdiedet nofs…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro L-ewro żdied b’nofs fil-mija kontra d-dollaru llum u riesaq lejn l-akbar żieda f’ġurnata f’xahar hekk kif l-investituri reġgħu bdew jixtru assi riskjużi fl-Ewropa għax qed jistennew li…

Barranin

Group: Revenue up 6% to AED 49.4 billion (US$ 13.5 billion), and profit of AED 2.3 billion (US$ 631 million), up 77%. Results due to capacity optimisation and efficiency initiatives,…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata kontra il-yen dan ix-xahar, taħt pressjoni ta’ xniegħat ta’ dewmien possibbli fir-riformi fiskali tal-President Trump kif ukoll minħabba nuqqas ta’ riskju. L-isterlina…

Aktar