Barranin
Il-Bank Ċentrali Ewropew jirriskja li jitlef lil dak Ġermaniż jekk ma jiġġustifikax ix-xiri ta’ bonds

Muniti 

L-ogħla Qorti fil-Ġermanja tat tliet xhur żmien lill-Bank Ċentrali Ewropew biex jiġġustifika ix-xiri skont il-programm tiegħu ta’ xiri ta’ bonds inkella jitlef lill-Bank Ċentrali Ġermaniż bħala parteċipant fi skema maħsuba biex tilqa’ għad-daqqa ekonomika mill-coronavirus.

Id-deċiżjoni ma tidhirx li ser tfixkel il-programm ta’ stimulu Ewropew għaliex il-Bank Ċentrali Ewropew huwa mistenni li jiġġustifika ix-xiri tal-bonds.

Iżda l-inċertezza li tirriżulta hija biss l-aħħar daqqa fit-tweġiba Ewropea għall-kriżi. L-ewro tilef wara dawn l-aħbarijiet u tbaxxa 0.25% kontra d-dollaru u 0.67% kontra l-yen.

L-Isterlina tilfet sa 0.7% kontra d-dollaru qabel ma’ ħarġet l-istatistika dwar is-settur tal-kostruzzjoni li kienu agħar milli mistenni. L-industrija tal-kostruzzjoni Ingliża sofriet l-akbar tnaqqis tagħha fl-istorja, aktar mid-doppju tax-xahar ta’ qabel, anke jekk il-gvern ma waqqafx ix-xogħol ta’ kostruzzjoni ġenerali bħala parti mill-miżuri kontra l-koronavirus.

Indiċi 

L-ishma Ewropej dalgħodu fetħu bi ftit bidliet hekk kif numru ta’ rapporti finanzjarji mħallta u t-tensjoni li qed tikber bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina żiedu mad-dubbji dwar rkupru ekonomiku mgħaġġel anke jekk bosta pajjiżi illaxkaw il-miżuri tal-lockdown.

L-indiċijiet fl-Istati Uniti kienu resqin lejn ftuħ  ogħla minħabba tamiet ta’ żieda fil-attività tan-negozju b’xi stati inaqqsu l-miżuri dwar il-koronavirus, waqt li l-investituri ma tawx każ tnaqqis ta’ 20 miljun impjieg fis-settur privat matul ix-xahar li għadda.

Shares

L-ishma lokali llum kienu fil-parti l-kbira f’territorju negattiv bl- HSBC Bank Malta fuq quddiemnett tat-telf bi 3.92%. Il-Medserv  naqsu bi 2.44%, il-Malta International Airport b’1.96% għal €5 kull sehem, l-RS2 Software tilfu 0.97% waqt li l-Bank of Valletta tbaxxew b’0.95%.

Żewġ ishma biss kienu f’territorju pożittiv. Il-PG għalqu bil-prezz ta’ €1.88 żieda ta’ 1.62% u l-MIDI b’żieda ta’ 7.69%.

Bonds

Min-naħa l-oħra, il-movimenti ewlenin fil-bonds lokali kienu pożittivi. It-Tumas Investments  2024 marru l-aħjar bi kważi 2%. Il- Hili Finance Company 2028 żdiedu b’1.63%, l-International Hotel Investments  2021 avvanzaw 1.01%, il-Bortex Group Finance  2027 għalqu pożittivament b’1% u l-Mariner Finance 2024 wrew żieda ta’ 0.99%.

F’territorju negattiv kien hemm il-United Finance  2023 u l-Merkanti Holding  2026 li għalqu bi tnaqqis ta’ 1.96% u 0.99% rispettivament.

Prodotti Essenzjali

Iż-żejt Brent waqa’ taħt it-$30 hekk kif rapport juri żieda aktar milli mistennija fil-ħażniet tal-Istati Uniti ibbilanċja tamiet ta’ rkupru fid-domanda hekk kif xi pajjiżi bdew jillaxkaw il-miżuri.

Il-prezzijiet tad-deheb tilfu llum hekk kif d-dollaru żdied għall-ogħla rata f’aktar minn ġimgħa u l-illaxkar tal-miżuri minn diversi pajjiżi tejbu s-sentiment tal-investitur għal assi riskkjużi u naqqas id-domanda għad-deheb

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum laħaq l-ogħla rat fi 11-il ġimgħa hekk kif tilef id-dollaru, bl-investituri jżommu t-tamiet tagħhom għal rkupru ekonomiku globali. L-investituri qed jittamaw li l-banek ċentrali ser ikomplu jixtru…

Barranin

Muniti L-Isterlina llum telgħet għall-ogħla rata fi tliet ġimgħat kontra d-dollaru wara li r-Renju Unit illaxka l-miżuri tal-lockdown, iżda l-pożizzjoni li l-Isterlina ser titbaxxa hija l-akbar f’aktar minn ħames xhur…

Barranin

Muniti  L-ewro kien sod llum hekk kif l-investituri ddubitaw dwar kemm ser jitwettaq il-pjan tal-Unjoni Ewropew ta’ €750 Biljun biex issostni lill-ekonomija. Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ilbieraħ biex tappoġġa lill-ekonomiji…

Barranin

 L-ewro kien reisaq lejn l-ogħla rata f’xahrejn wara li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet pakkett ta’ rkupru ekonomiku li jiswa €1.85 Triljun. L-ewro tħabat mindu waqa’ f’Marzu meta l-investituri marru għad-dollaru. Iżda…

Aktar