Barranin
Il-Bank Ċentrali Ewropew se jżid il-programm ta’ xiri ta’ emerġenza b’€600 biljun

Muniti

Id-dollaru llum għall-bidu ssaħħaħ u waqqaf ix-xejra ta’ tnaqqis tal-aħħar sebat ijiem, waqt li l-
ewro tbaxxa qabel il-laqgħa tal-Bank Ċentrali Ewropew li matulha mistenni li jittieħdu l-miżuri ta’
stimulu. Infatti, il-Bank tella’ x-xiri tiegħu ta’ bonds minħabba l-pandemija għal €1.35 Triljun biex
jipprova jsostni l-ekonomija. Meta ħarġet l-aħbar, l-ewro żdied kontra d-dollaru għal $1.1277
wara l-laqgħa tal-Bank.

Il-Bank Ċentrali Ewropew ħabbar illum li ser iżid il-Programm ta’ Xiri ta’ Emerġenza minħabba l-
Pandemija b’€600 biljun, hekk kif qed ikompli jaħdem biex jixpruna l-ekonomija taż-żona tal-ewro wara l-kriżi tal-coronavirus.

L-Isterlina tilfet ftit illum hekk kif ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea komplew bin-negozjati dwar il-Brexit qabel l-iskadenża ta’ tmiem Ġunju li fiha r-Renju Unit irid jgħid jekk iridx itawwal jew le l-perjodu ta’ tranżizzjoni. L-Isterlina żdiedet wara li uffiċjali Ingliżi qalu li r-Renju Unit jista’ jilħaq kompromess dwar is-sajf mal-Unjoni Ewropew din il-ġimgħa. Titjib fis-sentiment ta’ riskju ukoll għen lill-Isterlina, biezx żdiedet aktar minn 3% f’ġimgħa.

Iżda d-dollaru li qed jiżdied u t-tħassib li r-Renju Unit ser joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr
ftehim kummerċjali fi tmiem is-sena tefgħu pressjoni fuq il-munita, li waranofsinhar kienet
tbaxxiet b’0.5% għal ftit aktar minn $1.25 kontra d-dollaru u 0.5% kontra l-ewro għal 89.77
pence.

Indiċi

L-ishma Ewropej waranofsinhar irkupraw it-telf tal-bidu wara li l-Bank Ċentrali Ewropew ħabbar
espansjoni ta’ €600 biljun fil-programm ta’ emerġenza dwar il-pandemija.

L-indiċijiet Amerikani kienu resqin lejn tnaqqis fil-ftuħ hekk kif irkupru mqajjem minn ottimiżmu dwar qawmien ekonomiku mill-coronavirus naqqas mill-qawwa tiegħu anke jekk iċ-ċifri tal-qgħad tbaxxew taħt iż-żewġ miljuni għall-ewwel darba min-nofs Marzu.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-Medserv kellhom l-akbar tnaqqis ta’ 4.29%. Il-Bank of Valletta tilfu
2.88%, il-MIDI bi 2.44% u l-Harvest Technology tilfu 1.34%.

F’territorju pożittiv kien hem mil-GO li telgħu għal €3.60 kull sehem b’żieda ta’ 0.56%. Il-Malta
International Airport avvanzaw 1.72% u Simonds Farsons Cisk marru l-aħjar b’żieda ta’ 1.86%
għal prezz ta’ €8.20 kull sehem.

Bonds

Fis-settur tal-bonds lokali, is-sessjoni kienet pożittiva ħafna bl-International Hotel Investments
2024 biss jirreġistraw tnaqqis ta’ 2.45%.

Min-naħa l-oħra, l-International Hotel Investments 2026 u l-Hili Finance Company 2029 it-tnejn
żdiedu b’0.01%, is-6PM Holdings plc 2025 żdiedu b’0.09%, il-Hili Finance Company 2028
b’0.51%, il-Mediterranean Investments Holding 2022 żdiedu b’1.67% u l-Best Deal Properties
Holding 2024 bi 2.50%.

L-OPEC u l-alleati tagħha mmexxija mir-Russja, għadhom qed jiddibattu meta ser ikollhom it-
taħditiet ministerjali biex jiddiskuta l-possibbiltà ta’ estensjoni għat-tnaqqis fil-produzzjoni.

Huma qablu li jnaqqsu l-produzzjoni b’9.7 miljun barmel kuljum matul Mejju u Ġunju, wara li l-
kriżi tal-koronavirus laqtet lid-domanda. Il-prezzijiet taż-żejt aktar minn irduppjaw minn meta
waqgħu taħt l-$20 kull barmil f’April, iżda l-indeċiżjoni tal-OPEC u l-alleati dwar jekk itawlux it-
tnaqqis kellha effett fuq il-prezz mill-bieraħ.

Il-prezz tad-deheb illum żdied hekk kif l-investituri ħadu vantaġġ mit-tnaqqis qawwi fis-sessjoni
ta’ qabel biex jixtru d-deheb, bis-swieq jistennew il-ħruġ għada taċ-ċifri dwar l-impjiegi, eskluża l-
biedja, mill-Istati Uniti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Id-dollaru kien imwaħħal f’firxa dejqa, sostnut mill-flussi f’assi sikuri hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus…

Barranin

Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra r-rivali tiegħu hekk kif statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti u mill-Ewropa saħħew is-sentiment ta’ riskju, b’tamiet għal vaċċin kontra l-Covid-19 ikomplu jgħinu s-sentiment….

Barranin

Muniti Statistika ekonomika Ewropea tajba xprunat is-sentiment ta’ riskju llum, waqt li tilef l-ewro u l-indiċi tad-dollaru żdied xi ftit hekk kif  is-swieq finanzjarji bbilanċjaw tamiet għal rkupru ekonomiku globali…

Barranin

Muniti Grupp ġdid ta’ statistika ekonomika ħażina żammet lill-ewro u lill-isterlina taħt pressjoni hekk kif tbaxxa s-sentiment minħabba l-biża’ ta’ postijiet ġodda ta’ imxija qawwija tal-COVID-19 madwar id-dinja u li…

Aktar