Barranin
Il-Bank of England jivvota kontra żieda fir-rati tal-interessi

Id-dollaru baqa’ qrib l-inqas rata f’erba’ xhur u nofs kontra grupp ta’ muniti wara li statistika dgħajfa dwar l-inflazzjoni wasslet biex l-investituri jnaqqsu xi ftit it-tamiet ta’ żidiet aktar mgħaġġla fir-rati tal-interessi. Il-prezzijiet għall-konsumatur żdiedu inqas milli kien mistenni matul April, u dan jista’ jwassal għal żidiet gradwali, aktar milli aggressivi, fir-rati tal-interessi mill-Federal Reserve.

Stħarriġ mill-aġenzija Reuters fost strateġisti fil-qasam tal-kambju juri li d-Dollaru Kanadiż mistenni li jissaħħaħ fil-jiem li ġejjin, hekk kif prospetti aħjar dwar il-ftehim kummerċjali NAFTA jiftħu l-bieb għal aktar żidiet fir-rati tal-interessi mill-Bank of Canada.

L-isterlina rkuprat lejn id-$1.35 ilbieraħ wara li l-Gvernatur tal-Bank of England, Mark Carney, qal lill-BBC li huwa jistenna żieda fir-rati tal-interessi matul is-sena d-dieħla jekk ma jkunx hemm xi taqlib kbir fl-ekonomija. L-isterlina tbaxxiet sewwa matul il-ġurnata wara li l-Bank of England ma bidilx ir-rati u baxxa t-tbassir tiegħu dwar l-inflazzjoni u t-tkabbir ekonomiku.

Il-Bank of England ilbieraħ żamm ir-rati ial-interessi kif kienu u qal li jrid ikun żgur li l-ekonomija kienet qed tirkupra mill-bidu bil-mod għas-sena qabel ma jgħolli l-interessi. B’kuntrast qawwi mal-istennija ftit ġimgħat ilu li ser jkun hemm żieda fir-rati, il-Bank of England, ivvota 7 kontra 2 biex iżommhom fil-livell ta’ 0.5%.

L-Istokks fl-Ewropa żdiedu fin-negozju bikri tal-lum u ser ikollhom l-aħjar perjodu ta’ żidiet għal aktar minn tliet snin hekk kif il-ftehimiet bejn il-kumpaniji patta għall-istaġun tal-irrapportar finanzjarju mill-kumpaniji.

Il-prezzijiet taż-żejt waqgħu mill-ogħla prezzijiet għal bosta snin fis-sessjoni ta’ qabel minħabba tamiet li provvisti alternattivi jistgħu jibbilanċjaw it-tnaqqis fl-esportazzjoni mill-Iran minħabba s-sanzjonijiet mill-Istati Uniti.

L-Istati Uniti qed tippjana li tintroduċi s-sanzjonijiet kontra l-Iran, li jipproduċi madwar 4% tal-provvisti globali taż-żejt, wara li abbandunat il-ftehim li kien intlaħaq fl-2015 li llimita l-ambizzjonijiet nukleari tal-Iran bi bdil mat-tneħħija tas-sanzjonijiet mill-Istati Uniti u mill-Ewropa.

Il-prezzijiet tad-deheb tbaxxew hekk kif id-dollaru ssaħħaħ xi ftit, bl-investuri jwarrbu l-potenzjal ta’ tkabbir fil-konflitt fil-Lvant Nofsani.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-Dollaru reġa’ waqa’ għall-inqas livell f’seba’ ġimgħat kontra grupp ta’ muniti ewlenin hekk kif naqas it-tħassib dwar l-impatt tat-tilwima kummerċjali bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti. Is-swieq finanzjarji issa qed…

Barranin

Id-Dollaru resaq lejn l-inqas rata f’seba’ ġimgħat kontra grupp ta’ muniti oħrajn, waqt li l-muniti bbażati fuq l-prodotti essenzjali avvanzaw wara serħan li l-aħħar rawnd ta’ tariffi mħabbra miċ-Ċina u…

Barranin

Muniti Id-Dollaru żamm qrib l-inqas rati f’seba’ ġimgħat kontra r-rivali tiegħu waqt li muniti riskjużi żdiedu wara li l-President Trump kabbar it-tilwima maċ-Ċina bl-impożizzjoni ta’ tariffi ta’ 10% fuq madwar…

Barranin

Id-Dollaru llum tilef iż-żidiet bikrija u tbaxxa waqt li l-muniti tas-swieq emerġenti tilfu kważi nofs punt perċentwali hekk kif l-investituri qed jistennew il-mossa li tmiss fit-tilwima kummerċjali bejn l-Istati Uniti…

Aktar