Il-biża’ ta’ Brexit bla ftehim tkompli tagħti daqqa ‘l isfel lill-Isterlina

Id-dollaru ddgħajjef kontra r-rivali tiegħu llum, u riesaq lejn l-aktar rata baxxa tal-aħħar tliet xhur qabel laqgħa tal-bank ċentrali bl-istennija tikber li l-Federal Reserve ser jagħti sinjal għall-ewwel tnaqqis fir-rata f’10 snin. Wara d-diskors tal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew Mario Draghi l-ewro tbaxxa għal $1.1181.

Il-biża’ ta’ Brexit bla ftehim għafset lill-Isterlina ‘l isfel. Hija żammet qrib id-$1.2550 hekk kif l-investituri qed jistennew aħbarijiet dwar min ser jieħu post Theresa May.

Indiċi

Is-swieq finanzjarji fl-Ewropa irkupraw minn tnaqqis bikri wara li Mario Draghi wiegħed aktar stimulu monetarju jekk l-ekonomija ma titjiebx, u pattew għal twissija oħra dwar tnaqqis fil-bejgh mis-settur tas-settur taċ-chips elettroniċi.

L-indiċijiet ewlenin Amerikani kienu resqin lejn ftuħ ogħla, hekk kif l-atteġjament tal-Bank Ċentrali Ewropew kabbar is-sentimenti li jista jkun hemm l-istess atteġjament mill-Federal Reserve. Il-Federal Reserve mistenni jħalli r-rati kif inhuma imma jlesti l-pedamenti għall-qtugh aktar tard din is-sena.

Ishma

Fl-ishma lokali, il-MIDI żdiedu bi 3.28% segwiti mill-International Hotel Investments bi 2.22%. il-Plaza Centres żdiedu b’1.52% u l-Malta Investments b’1.17%.
L-RS2 Software tilfu 3.57%, il-Bank of Valletta naqas b’1.59% u l-Mapfre Middlesea tbaxxew b’0.94%.

Bonds

Fis-settur tal-bonds lokali, l-akbar żieda kienet ta’ 2.42% mill_International Hotel Investmebnts 2024. Il-Hili Finance Company 2028 żdiedu b’1.03% u l-Hili Properties 2025 b’0.59%. Il-bank of Valletta 2030 (L-ewwelħruġ) tilfu 1.67% u l-iStivala Group Finance 2027 tilfu 1%.

Commodities

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew għat-tieni jum wara l-ieħor minħabba sinjali li t-tkabbir ekonomiku globali qed jintlaqat mit-tilwima kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, għalkemm it-tnaqqis kien ibbilanċjat mi—tensjonijiet fil-Lvant Nofsani wara l-attakki fuq it-tankers.

Il-prezzijiet tad-deheb żdiedu llum, wara li kien tbaxxew fil-jumejn ta’ qabel, sostnuti minn stennija ta’ atteġjament iebes mill-Federal Reserve.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-dollaru ssoda llum iżda xorta kien fuq id-difiża wara li uffiċjali tal-Federal Reserve saħħew l-aspettattiva ta’ tnaqqis aggressiv fir-rati tal-interessi dan ix-xahar biex jindirizzaw il-pressjonijiet dgħajfa mill-prezzijiet. F’konferenza tal-bank ċentrali,…

Id-dollaru llum tbaxxa għat-tieni jum kontra r-rivali tiegħu minħabba dħul inqas mill-bonds tat-Teżor wara statistika dgħajfa dwar id-djar hekk kif l-investituri qed iħejju għal-laqgħa dwar il-politika monetarja tal-Federal Reserve fejn…

Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet għal inqas minn $1.24 illum, livelli li qatt ma kienet fihom għal aktar minn sentejn, hekk kif l-investituri komplew jistudjaw ir-riskji li qed jikbru li r-Renju Unit…

L-ewro waqa’ llum wara sinjali ta’ sentiment li qed jeħżien fost l-investituri Ġermaniżi, għalkemm il-prospett ta’ aktar illaxkar mill-banek ċentrali – l-ewwel bil-Federal Reserve aktar tard dan ix-xahar – irriżulta…

Aktar