Barranin
Il-biża’ ta’ konfrontazzjoni bejn l-Istati Uniti u l-Iran tat lok għal xiri ta’ assi riskjużi

Muniti

Ir-rata tal-ewro kontra d-dollaru baqgħet qrib id-$1.1123 bla ebda bidla fil-jum. It-tnaqqis fil-biża’ ta’ kunflitt fil-Lvant Nofsani minkejja t-tensjonijiet li huma ċċentrati fuq l-Iran tejjeb is-sentiment tal-investituri iżda dan fisser ftit li xejn għad-drezzjoni tal-ewro jew tad-dollaru.

Id-dollaru żdied 0.4% għal 109.93 yen. Il-munita Amerikan żdiedet 2.2% kontra l-munita Ġappuniża, meqjusa bħala waħda sikura ħafna, min-nofs tal-ġimgħa li għaddiet, hekk kif il-biża’ ta’ konfrontazzjoni maġġuri bejn l-Istati Uniti u l-Iran tat lok għal xiri ta’ assi riskjużi.

L-Isterlina tilfet 0.8% għal $1.2962 u għal 85.75 pence kull ewro. L-Isterlina llum estendiet it-telf, u waqgħet taħt id-$1.30, wara statistika wriet li l-ekonomija Ingliża f’Novembru espandiet bl-inqas pass annwali f’aktar minn seba’ snin. Iċ-ċifri maħruġa llum juru li l-ekonomija kibret b’0.6% biss minn sena ilu, l-aktar espansjoni dgħajfa minn Ġunju tal- 2012 u inqas mit-tkabbir annwali ta’ 1.0% minn Ottubru, li kienet ‘il fuq mill-istatistika li kienu rrappurtata qabel.

Indiċi

L-ishma Ewropej illum ftit li xejn kellhom moviment hekk kif dgħufija fis-settur tal-karozzi minħabba bejgħ inqas fiċ-Ċina bbilanċjaw titjib fil-kummerċ wara l-iffirma aktar tard din il-ġimgħa tal-ftehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

L-ishma fl-Istati Unit fetħu fl-ogħla livell rekord illum hekk kif l-investituri qed jistennew l-iffirmar tal-ftehim kummerċjali preliminari bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, kif ukoll il-bidu tar-rapporti finanzjarji tal-kumpanija għar-raba’ kwart tal-2019.

Ishma Lokali

Fl-ishma lokali, il-GO żdiedu 2.49%, l-HSBC Bank Malta plc ukoll kienu pożittivi b’0.888%. Kien hemm tnaqqis ta’ 2.11% fil-Malta International Airport u 1.09% fil-PG. L-agħar li marru llum kienu l-ishma tal-MaltaPort bi tnaqqis ta qrib it.2.88%. L-akbar żieda kienet fil-Malta Properties Company li żdiedu b’4.17% għal €0.63 kull sehem.
Local Bonds

Fis-settur tal-bonds lokali, l-International Hotel Investments 2024 żdiedu 3.36%, l-International Hotel Investments 2025 b’0.91% u l- International Hotel Investments 2026 tilfu 0.29%. Il-bonds ta’ Simonds Farsons Cisk 2027 avvanzaw b’1.05%, l-SP Finance 2029 tilfu 0.59%, il-MeDirect Bank (Malta) 2024/29 żdiedu 0.49% waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 0.49% fil-Mercury Projects Finance 2031.

Il-prezzijiet taż-żejt stabilizzaw illum hekk kif l-investituri tefgħu l-attenzjoni tagħhom lil hinn mit-tensjonijiet li qed jonqsu fil-Lvant Nofsani lejn l-iffirmar din il-ġimgħa tal-ftehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Madankollu, matul wara nofsinhar il-prezzijiet bdew jitbaxxew mil-livell tal-ftuħ u l-Brent tilef 0.68% għal 64.54. Il-United States West Texas Intermediate tilef aktar minn 1% għal $58.45.

Il-prezzijiet kienu għolew għall-ogħla livell f’erba’ xhur wara l-attakk Amerikan fuq kmandant Iranjan u r-ritaljazzjoni Iranjan. Iżda wara waqgħu hekk kif Washington u Teheran irtiraw minn xifer ta’ kunflitt dirett il-ġimgħa li għaddiet.

Il-prezzijiet tad-deheb illum tilfu aktar minn 0.8% hekk kif kiber l-ottimiżmu fis-swieq tal-ishma minħabba l-iffirmar din il-ġimgħa tal-ftehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina waqt li n-nuqqas ta’ żieda fit-tensjoni fil-Lvant Nofsani baxxa is-sentiment favur id-deheb bħala assi sigur.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-ewro llum baqa’ qrib l-inqas rata kontra d-dollaru f’seba’ ġimgħat wara li l-Bank Ċentrali Ewropew deher aktar kawt milli mistenni, waqt li l-ansejtà dwar l-imxija tal-coronavirus fiċ-Ċina tat spinta lill-yen, meqjus bħala…

Barranin

Muniti L-ewro tilef 0.22% wara l-laqgħa mistennija tal-Bank Ċentrali Ewropew, waqt li l-yuan Ċiniż tbaxxa minħabba il-biża’ dwar it-tixrid tal-viarus. Ewro kien jiswa $1.1067. Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, Christine Lagarde…

Barranin

Muniti L-ewro llum baqa’ fl-inqas livell f’xahar fost aspettattivi li l-Bank Ċentrali Ewropew ser jadottaw ton kawt meta jiltaqa’ għada. Stħarriġ mill-Istitut ta’ Riċerka Ġermaniż, ZEW, wera li s-sentiment tal-investituri…

Barranin

Muniti L-indiċi tad-dollaru, li jkejjel il-valur tiegħu ma’ grupp ta’ sitt muniti, tbaxxa għal 97.481. Waqt li kien qed jitkellem fil-Forum Ekonomiku Dinji f’Davos, il-President Donald Trump qal li dalwaqt…

Aktar