Lokali
Il-BOV jappoġġja l-Kapitali Ewropea tal-Kultura

Hekk kif Malta qed tħejji ruħha biex tieħu t-titlu tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura, il-Bank of Valletta li huwa s-sieħeb preferut tal-Fondazzjoni Valletta 2018, żejjen il-bini tiegħu fil-Belt Valletta biex ifakkar dan l-avveniment importanti.

Il-bini fi Triq ir-Repubblika, li fih hemm il-fergħa tal-Bank, l-unità tal-International Personal Banking u ċ-Ċentru ta’ Investiment qed juri x-xogħol artistiku tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura bi prominenza kemm fuq il-faċċata kif ukoll fuq ġewwa.

Il-gallariji ġew imżejna wkoll għall-okkażjoni. Bl-istess mod il-Bank żejjen il-faċċati tal-International Corporate Centre tiegħu fi Triq San Zakkarija u tal-uffiċċji tiegħu fi Triq Nofsinhar. Barra minn hekk il-Bank qed jagħti ġieħ lit-titlu ta’ Valletta billi kesa t-triq interna fil-BOV Centre f’Santa Venera.

Il-Bank of Valletta għandu rabtiet b’saħħithom mal-Belt Kapitali li jmorru lura għal aktar minn erba’ deċennji sal-jum li fih twaqqaf il-Bank.

Il-Kapitali Ewropea tal-Kultura hija waħda mill-aktar inizjattivi kulturali fl-Ewropa ta’ profil għoli. Il-Belt Valletta ssodisfat il-kriterji kollha, bit-taħlita unika tagħha ta’ storja u ġawhar ta’ arkitettura li huma xhieda ħajja tal-iżvilupp Ewropew u Mediterranju matul dawn l-aħħar sekli.

Barra minn hekk, l-inizjattivi li ttieħdu matul is-snin li għaddew, kif ukoll l-attivitajiet maħsuba għal din is-sena se jikkontribwixxu għall-iżvilupp fit-tul tal-Kapitali tagħna.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Il-muniti Ewropej tbaxxew hekk kif sinjali li t-tkabbir qed jidgħajjef jitfgħu dubju dwar l-abbiltà li l-banek ċentrali fir-reġjun jirtiraw mill-istimulu straordinarju. L-ewro tbaxxa għall-inqas rata f’xahrejn taħt $1.14, jum…

Barranin

Muniti Tħassib dwar il-pjani tal-baġit tal-Italja, evidenti minn żieda fid-dħul tal-bonds, kien wieħed mill-fatturi ewlenin li eżerċita pressjoni ‘l isfel fuq l-ewro. Jidher li l-investituri studjaw sewwa l-aħħar ottimiżmu mill-aġenzija…

Lokali

Biex tiċċelebra l-għaxar edizzjoni tal-kompetizzjoni Bols Around World Lucas Bols qed tistieden lit-timijiet li jaħdmu fil-bars biex jipparteċipaw fl-edizzjoni tal-2019. Għaliex, fl-aħħar mill-aħħar, wara l-cocktails eċċellenti dejjem issib tim sħiħ…

Aktar