Barranin
Il-btajjel jaffettwaw il-valur tal-muniti u l-prezzijiet taż-żejt u d-deheb

Muniti kontra l-ewro

Id-dollaru waqa’ għall-inqas rata f’erba’ ġimgħat kontra basket ta’ muniti, għax kien taħt pressjoni mill-waqgħa riċenti fid-dħul tal-bonds tal-Gvern Amerikan għal 10 snin, waqt li l-bitcoin, li hija volatili, reġgħet kienet taħt pressjoni wara tnaqqis ta’ 30% fil-valur f’inqas minn ġimagħtejn.

Il-krona Ċeka żdiedet b’aktar minn 1% kontra l-ewro, u rkuprat minn tnaqqis qawwi fis-sessjoni ta’ qabel meta l-kontijiet ta’ tmiem is-sena tal-karti ta’ bilanċ bankarji għamluha tqum aktar jekk iżżommha.

Indiċi

L-isħma fl-Istati Uniti żdiedu fost negozju fqir minħabba l-ġimgħa mqassra tal-btajjel.

L-isħma fl-Ewropa fetħu mħallta, waqt li l-prezz bil-quddiem tal-isħma fl-Istati Uniti żdied f’dik li tidher li hija l-aħħar ġurnata sħiħa ta’ negozju tas-sena fost irkupru mill-ġdid tal-metalli u l-prodotti essenzjali u dollaru aktar dgħajjef.

L-indiċi madwar ir-reġjun tbaxxew u ħarġu minn territorju pożittiv fil-ftuħ tan-negozju. Il-FTSE 100 beda b’żieda wara ż-żieda qawwija fil-prezz tal-isħma tal-minjieri minħabba l-irkupru riċenti fil-prezzijiet tar-ram u metalli. Wall Street tidher li riesqa lejn żieda meta mqabbel mal-andament modest tal-bieraħ.

Isħma lokali

L-isħma lokali kienu mħallta. L-RS2 Software żdiedu b’1.87% waqt li l-Bank of Valletta u l-PG tilfu 1.11% u 1.75%.

Bonds lokali

Is-suq lokali tal-bonds kien b’mod ġenerali negattiv. Il-Bank of Valletta 2030 (l-ewwel serje) u l-Hili Properties 2025 żdiedu b’0.25% u 0.19% rispettivament. Min-naħa l-oħra f’territorju negattiv kienu l-International Hotel Investments 2026 (it-tieni serje), il-Von der Heyden Group Finance, il-Bank of Valletta 2030 (it-tieni serje) u l-iStivala Group Finance 2027.

Indikaturi ekonomiċi

L-għadd ta’ persuni li applikaw għall-għajnuna tal-qgħad fl-Istati Uniti l-ġimgħa li għaddiet ma wera l-ebda żieda jew tnaqqis u kienu 245,000 bħall-ġimgħa ta’ qabel. L-analisti kienu qed jistennew li l-applikazzjoni jinżlu għal 240,000.

Prodotti essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt baqgħu qrib l-ogħla f’sentejn u nofs, mgħejjuna minn statistika tajba mill-importatur ewlieni, iċ-Ċina, fost negozju fqir qabel tmiem il-ġimgħa tal-Ewwel tas-Sena.

Il-prezz tad-deheb laħaq l-ogħla prezz f’xahar, u irkupra għad-disa’ sessjoni hekk kif irtirata mid-dollaru kabbar iż-żidiet fil-prodotti pprezzati fil-munita Amerikana.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru baqa’ qrib l-ogħla rata f’ġimagħtejn kontra l-muniti rivali hekk kif it-tnaqqis fl-ekonomija Ċiniża għall-inqas livell fi 28 sena kabbar it-tħassib tal-investituri dwar it-tkabbir globali u sostna l-muniti meqjuża…

Barranin

Id-Dollaru kompla jissaħħaħ kontra r-rivali ewlenin tiegħu u kompla miż-żidiet riċenti tiegħu waqt li l-Isterlina tbaxxiet fost sentiment dgħajjef ta’ riskju. Is-sentiment tas-suq baqa’ kajman fost tħassib li l-għeluq tad-dipartimenti…

Barranin

Il-bilanċ kummerċjali taż-żona tal-Ewro żdied għal €15.1 Biljun, l-ogħla fi tliet xhur. Dan kien aħjar mit-tbassir tal-Bank Ċentrali Ewropew ta’ €13.2 Biljun. Il-President tal-Bank, Mario Draghi aktar tard tkellem dwar…

Barranin

Muniti Id-domanda għall-munita Ewropea baqa’ batut illum u issa huwa mistenni li r-rata kontra d-Dollaru titbaxxa lejn id-$1.1400. Il-par iffaċċja aktar pressjonijiet ta’ bejgħ wara li l-produzzjoni industrijali fiż-żona tal-ewro…

Aktar