Barranin
Il-coronavirus iġib miegħu qabża bla preċedent fil-qgħad fl-Istati Uniti

Id-dollaru kien riesaq lejn l-akbar waqgħa f’ġimgħa f’aktar minn 10 snin hekk kif sensiela ta’ miżuri ta’ stimulu madwar id-dinja, inklużi $2 Triljun mill-Istati Uniti, għenu biex naqqsu t-tħarbita fis-swieq finanzjarji globali kkawżata mill-coronavirus.

Il-qabża bla preċedent fil-qgħad fl-Istati Uniti lbieraħ turi l-impatt qerriedi tal-virus fuq l-ekonomija, iżda rkupru sussegwenti fl-ishma f’Wall Street qajjem tamiet li jidher li l-bejgħ f’assi riskjużi waqaf għalissa.  Dan naqqas il-pressjoni fuq id-dollaru li ilha sejra mill-ġimgħa l-oħra, b’diversi parteċipanti fis-swieq finanzjarji, fosthom investituri li kellhom sejħiet għal bejgħ sfurzat u kumpaniji li ħażnu d-dollaru biex iħejju għal riċessjoni, jħossu inqas ħtieġa għad-dollaru.

L-ewro żdied 0.2% kontra d-dollaru għal $1.1049 u dan wara żieda ta’ 1.40% ilbieraħ.

L-ishma Ewropej biddlu r-rotta biex ilbierah għalqu ogħla u segwew iż-żidiet f’Wall Street waqt li investitur stennew vot mill-parlamentari tal-Unjoni Ewropea dwar fondi ta’ emerġenza biex itaffu d-daqs mill-coronavirus. L-indiċijiet tal-ishma fl-Istati Uniti għolew għal livell għoli rekord hekk kif it-tieni figura dwar il-qgħad żiedet mas-sejħiet għal aktar miżuri ta’ stimulu biex ikun miġġieled l-impatt ekonomiku tal-coronavirus.

Il-prezzijiet taż-żejt kienu mħallta llum hekk kif il-gvernaijiet ħadu passi bla preċedenti biex jillimitaw l-effett ekonomiku mill-pandemija. Il-Brent tilef 34 cent jew 1.2% għal $26 kmieni dalgħodu waqt li l-United States West Texas Intermediate żdied 8 cents, jew 0.4% għal $22.68.

Iż-żewġ prezzijiet ta’ referenza kważi tilfu żewġ terzi tal-prezz din is-sena u t-tnaqqis fl-attività ekonomika u d-domanda għall-fjuwil sfurzaw tnaqqis kbir fl-investiment mill-kumpaniji taż-żejt u tal-enerġija.

Il-Kap tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija qal li l-ħtiġijiet taż-żejt madwar id-dinja jistgħu jonqsu b’20% hekk kif tliet Biljun persuna jinsabu maqfulin fi djarhom. Huwa sejjaħ ukoll lill-produtturi ewlenin bħall-Arabja Sawdija biex jgħinu jkun stabilizzat is-suq taż-żejt.

Il-prezz tad-deheb illum tbaxxa hekk kif investituri biegħuh biex jagħmlu l-profitt iżda kien riesaq lejn l-aħjar ġimgħa minn Diċembru 2008 hekk kif iċ-ċifri għolja ta’ nies qegħda fl-Istati Uniti qajmu tamiet ta’ aktar stimulu biex titwaqqaf il-ħsara ekonomika mill-coronavirus.

Id-deheb żdied b’aktar minmn 8.4% din il-ġimgħa sostnut miċ-ċifri tal-qgħad fl-Istati Unitui u l-miżuri ta’ stimulu ekonomiku bla preċedent mill-Federal Reserve.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum tela’ għall-ogħla rata fi tliet xhur wara li l-Bank Ċentrali Ewropew espanda l-istimulu tiegħu aktar milli kien mistenni biex isostni ekonomija li għandha quddiemha l-agħar riċessjoni mit-Tieni…

Barranin

Muniti Id-dollaru llum għall-bidu ssaħħaħ u waqqaf ix-xejra ta’ tnaqqis tal-aħħar sebat ijiem, waqt li l- ewro tbaxxa qabel il-laqgħa tal-Bank Ċentrali Ewropew li matulha mistenni li jittieħdu l-miżuri ta’…

Barranin

Muniti L-ewro llum qabeż l-ogħla livell fi 11-il ġimgħa biex riesaq lejn sebat ijiem ta’ żieda, u d-dollaru tilef kontra l-partit l-kbira tal-muniti hekk kif il-prospetti ta’ aktar stimulu u…

Barranin

Muniti L-ewro llum laħaq l-ogħla rat fi 11-il ġimgħa hekk kif tilef id-dollaru, bl-investituri jżommu t-tamiet tagħhom għal rkupru ekonomiku globali. L-investituri qed jittamaw li l-banek ċentrali ser ikomplu jixtru…

Aktar