Barranin
Il-coronavirus iħarbat is-swieq finanzjarji globali

Il-yen irritorna bħala xaqq ta’ dawl sikur illum u tela’ għall-ogħla livell f’xahar kontra d-dollaru hekk kif il-biża’ li d-dinja tinsab f’xifer pandemija wasslet għall-waqgħa tas-swieq finanzjarji globali. In-negozju fil-kambju kien inqas panikuż mill-waqgħa tal-ishma ta’ matul din il-ġimgħa, iżda s-sentiment huwa kważi l-istess u żieda fl-aspettattivi li ser ikun hemm tnaqqis fir-rati tal-interessi Amerikani żiedet l-attrazzjoni tal-yen.

Intlaqtu ħażin il-muniti Asjatiċi bbażati fuq l-esportazzjoni. Id-Dollaru Awstraljan tilef 0.7% għall-inqas livell fi 11-il sena u tilef id-doppju ta’ dan kontra l-Yen. Id-dollaru Awstraljan tilef 1% kontra d-dollaru u 1.7% kontra l-yen.

Il-kejl tas-suq għall-volatilità implikata għar-rata b’xahar ‘il quddiem tal-ewro kontra d-dollaru tela’ għall-ogħla livell f’aktar minn sena ta’ 6.6% hekk kif l-imxija tal-coronavirus li qed tintensifika ruħha wasslet għall-movimenti kbar fil-kambju u l-biża’ ta’ riċessjoni.

L-ishma Ewropej waqgħu llum, u resqin lejn l-akbar waqgħa mill-kriżi finanzjarja tal-2008, għax l-investituri qed jibżgħu li t-tixrid rapidu tal-coronavirus barra miċ-Ċina jista’ jqajjem riċessjoni globali.

Il-prezzijiet taż-żejt illum tbaxxew għall-inqas livell f’aktar minn sena u resqin lejn l-akbar waqgħa f’ġimgħa f’aktar minn erba’ snin hekk kif it-tixrid tal-coronavirus kabbret il-biża’ ta’ domanda globali inqas. Investituri qed isiru aktar imħassba għax il-virus infirex f’aktar minn 40 pajjiż.

Is-swieq tal-kambju qed jittamaw għal tnaqqis akbar fil-produzzjoni mill-OPEC u l-alleati. Il-grupp li bħalissa qed inaqqas il-produzzjoni b’madwar 1.7 miljun barmil kuljum biex isostnu l-prezzijiet, mistenni li jiltaqa’ fi Vjenna bejn il-5 u s-6 ta’ Marzu.

L-Arabja Sawdija, li qalet li ser tkompli taħdem mar-Russja dwar il-politika dwar iż-żejt, qed tnaqqas il-provvista taż-żejt mhux raffinat lejn iċ-Ċina Marzu tal-anqas nofs miljun barmil minħabba domanda inqas mir-raffineriji.

Infatti, l-Arabja Sawdija, li hija l-akbar esportatur, mistennija li tagħmel l-akbar tnaqqis fil-prezzijiet ta’ bejgħ uffiċjali ta’ kull xahar lill-Asja mill-2012. Dan isegwi tnaqqis fil-prezzijiet ta’ referenza tal-Asja u marġni dojoq ta’ raffinar hekk kif il-coronavirus naqqas id-domanda.

Il-prezzijiet tad-deheb irtiraw illum għax l-investituri biegħuh biex jikbsu l-profitt wara żieda ta’ 1% fl-aħħar sessjoni, iżda d-deħeb kellu xi appoġġ għax it-tħassib li qed jikber dwar it-tixrid rapidu tal-coronavirus kabbar l-aspettattivi ta’ tnaqqis fi-rati tal-interessi mill-banek ċentrali ewlenin.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-dollaru kien riesaq lejn l-akbar waqgħa f’ġimgħa f’aktar minn 10 snin hekk kif sensiela ta’ miżuri ta’ stimulu madwar id-dinja, inklużi $2 Triljun mill-Istati Uniti, għenu biex naqqsu t-tħarbita fis-swieq…

Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra grupp ta’ muniti wara li dejta wriet żieda bla preċedent fl-Amerikani li marru jirreġistraw għal benefiċju tal-qgħad, hekk negozji madwar il-pajjiż qed jagħluq…

Barranin

Muniti Id-dollaru tilef illum wara li l-politiċi qablu dwar pakkett ta’ stimulu ta’ $2 Triljun li kkalma n-nervi tas-swieq finanzjarji u wassal biex l-investituri jixtru lura muniti aktar riskjużi. Id-dollaru…

Barranin

Muniti Id-dollaru rkupra xi telf bikri llum hekk kif intensifika l-bejgħ qawwi fl-ishma, u b’hekk issaħħaħ is-sentiment favur id-dollaru bħala assi sikur. Iż-żieda ta’ 9% mid-dollaru fl-aħħar ġimagħtejn intemm nhar…

Aktar