Il-Coronavirus jaffettwa l-prezz tad-deheb

L-ewro tħabat sabiex jibqa’ ‘l fuq mill-inqas livell f’xahrejn wara li statistika wriet li l-ordnijiet industrijali Ġermaniżi waqgħu sewwa matul Diċembru. Dan juri li l-ekonomija taż-żona tal-ewro ser tibqa’ tbati fl-ewwel xchur tal-2020. Prodotti kkuntratti Ġermaniżi naqsu bi 2.1% matul Diċembru minn Novembru, l-akbar waqgħa minn Frar.

Statistika dgħajfa u xi strutturi kbar ta’ għażliet fl-investiment żammew baxx is-sentiment tal-investitur. L-ewro sab xi appoġġ għal  ftit inqas minn $1.10. L-ewro u l-Isterlina baqgħu taħt pressjoni hekk kif kibret it-tensjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit dwar ftehim kummerċjali ta’ wara l-ħruiġ.

Ir-regolatur tas-suq tal-Unjoni Ewropea talab lill-kontraparti Brittaniku biex jassigura l-ICE Futures Europe u l-London Metal Exchange jikkonformaw bis-sħiħ mar-regoli ta’ trasparenza tas-suq tal-Unjoni Ewropea għal derivattivi tal-komoditajiet.

L-ishma Ewropej llum telgħu għal livell rekord hekk kif l-intenzjoni taċ-Ċina li tnaqqas it-tariffi fuq prodotti mill-Istati Uniti u għadd ta’ rapporti finanzjarji tajbin mill-banek taw enerġija lis-suq tal-ishma.

L-indiċijiet ewlenin ta’ Wall Street kienu resqin lejn livell għoli rekord hekk kif il-pjan Ċiniż li jitnaqqsu t-tariffi fuq xi prodotti Amerikani b’50% naqqas il-beżgħat dwar l-effett finanzjarju tal-epidemija tal-coronavirus.

Il-gvern Ċiniż qal li ser ibaxxi t-tariffi extra imposti s-sena li għaddiet kontra 1,717-il prodott mill-Istati Uniti, ġimgħat wara l-iffirmar tal-ewwel fażi tal-ftehim kummerċjali. It-tnaqqis fit-tariffi segwa l-istimulu monetarju qawwi mill-bank ċentrali Ċiniż kmieni din il-ġimgħa biex isostni lill-ekonomija milquta mill-għeluq tal-fabbriki u negozji u bir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar minħabba l-coronavirus.

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-FIMBank tilef 3.33%, segwit mill-Malta International Airport b’1.44%. Il-GO tilfu 0.96%, il-Bank of Valletta naqsu b’0.94%, u l-HSBC Bank Malta tilfu 0.94%. F’territorju pożittiv kien hemm l-RS2 Software b’0.85% u Simonds Farsons Cisk b’0.92%.

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, is-6PM Holdings 2025 kienu l-agħar li marru bi tnaqqis ta’ 1.59%. L-SP Finance 2029 żdiedu b’0.84%, l-iStivala Group Finance  2027 avvanzaw b’1.34%, l-AX Group 2029 it-tieni serje żdiedu b’1.46%, waqt li l-Mariner Finance 2024 żdiedu wkoll bi 2.61%,

Il-Premier Capital 2026 żdiedu 2.70% u l-International Hotel Investments  2023 kienu l-aħjar li marru b’żieda ta’ 4.32%.

Il-prezzijeit bil-quddiem taż-żejt tilfu xi żidiet bikrin illum minkejja azzjoni potenzjali mill-OPEC u l-alleati li jiġġieldu t-tnaqqis potenzjali fid-domanda bħala konsegwenza tal-imxija tal-coronavirus.

Panel tekniku mill-OPEC irrakkomanda tnaqqis proviżorju fil-produzzjoni ta’ 600,000 barmil kuiljun, għalkemm ir-Russja għad trid tiddikjara l-pożizzjoni tagħha dwar il-kwistjoni.

Kien hemm żieda fil-prezzijiet tad-deheb illum  hekk kif it-tħassib dwar il-coronavirus u l-impatt tiegħu fuq l-ekonomija globali wasslu għal xiri qawwi tad-deheb u dan aktar milli ibbilanċja l-aħbar dwar it-tnaqqis tat-tariffi miċ-Ċina li mistennij a naqqsu it-tensjoni mal–Istati Uniti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef iż-żidiet bikrin illum bl-investituri fil-muniti ma jagħtux każ it-tensjonijiet diplomatiċi bejn l-Istati Uniti uċ-Ċina u ż-żieda fil-każi tal-coronavirus. Waqt li s-swieq finanzjarji għal bidu tbaxxew hekk…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Il-yen tela’ għall-ogħla rata f’ġimagħtejn u muniti sensittivi għar-riskju tbaxxew wara żieda fl-infezzjonijiet ġodda…

Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan llum tbaxxa kontra l-parti l-kbira tal-muniti hekk kif rkupru f’assi riskjużi bħall-ishma globali u prodotti essenzjali naqqsu d-domanda għall-munita Amerikana meqjusa bħala sikura. L-ewro żdied 0.1% għal…

Id-dollaru tbaxxa kontra r-rivali tiegħu għax l-investituri evalwaw it-tamiet ta’ rkupru ekonomiku ta’ malajr kontra l-biża’ dwar il-qawmien mill-ġdid tal-pandemija, partikularment fl-Istati Uniti. Id-domanda għad-dollaru baqgħet stabbli hekk kif il-prezzijiet…

Aktar