Barranin
Il-coronavirus kif qed jaffettwa l-ekonomija globali?

Muniti

Id-dollaru żamm qrib l-ogħla rata llum minħabba li qed jikbru t-tamiet li naqset l-imxija tal-coronavirus, u dan inkoraġixxa lill-hedge funds li jkabbru x-xiri tad-dollaru li qed irendi bil-bosta.

Il-coronavirus laqat ħażin lill-ekonomija Ċiniża, it-tieni l-akbar fid-dinja. Fis-swieq tal-kambju barrani, muniti bbażati fuq l-esportazzjoni bħal Krona Norveġiża u l-Krona Svediża waqgħu taħt pressjoni hekk kif infirex il-virus.

Id-dollaru ta’ New Zealand żdied 0.8% għal 0.6462 dollaru Amerikan, l-ikbar żieda f’xahrejn wara li l-bank ċentrali neħħa ċ-ċans ta’ tnaqqis fir-rati mill-projezzjonijiet futuri tiegħu. Il-biża’ ta’ riċessjoni fl-Ewropa ġibdet l-isfel lill-ewro għall-inqas livell f’erba’ xhur matul il-lejl kontra d-Dollaru Amerikan. Huwa irkupra għal $1.0912.

Indiċi

L-ishma Ewropej illum laħqu l-ogħla prezzijiet għat-tieni sessjoni infila, hekk kif tnaqqis fil-każi tal-coronavirus wasslu għal xiri ta’ ishma iffokati fuq iċ-Ċina, anke jekk l-investituri baqgħu beżgħana tal-impatt ekonomiku mill-virus.

L-S & P 500 u d-Dow Jones ukoll laħqu livell rekord minuti wara l-ftuħ minħabba sinjali li qed tbati l-imxija tal-virus fiċ-Ċina.

Ishma Lokali

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-GlobalCapital tilfu 3.33%, l-RS2 Software naqsu b’1.65%, il-Malta International Airport tilfu 0.72%, l-HSBC Bank Malta avvanzaw b’0.95% u l-Malta Properties Company żdiedu bi 2.29%. Il-GO u l-PG kienu nnegozjati mingħajr moviment fil-prezzijiet.

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Von der Heyden Group Finance tilfu .23%, it-Together Gaming Solutions 2024-2026 tilfu 0.70%, il-Mediterranean Investments Holding 2021 naqsu b’0.49%, L-International Hotel Investments 2025 avvanzaw b’0.46%, l-AX Group 2029. It-Tieni serje u l-Hili Properties 2025 it-tnejn żdiedu b’0.48% u l-Mercury Projects Finance 2027 żdiedu b’0.49%.

L-OPEC illum baxxiet it-tbassir tagħha għat-tkabbir globali fid-domanda għaż-żejt din is-sena minħabba l-imxija tal-coronavirus u qalet li l-produzzjoni tal-membri tbaxxiet sewwa matul Jannar hekk kif il-produtturi implimentaw patt ġdid ta’ limitazzjoni tal-provvista. Fir-rapport ta’ kull xahar, l-OPEC qalet li d-domanda tal-2020 għaż-żejt mhux raffinat ser tkun ta’ medja ta’ 29.30 miljun barmil kuljum, jiġifieri 200,000 barmil inqas milli kien maħsub qabel.

L-OPEC tellgħet inqas żejt matul Jannar mill-medja tal-ħteġijiet tal-2020, minħabba qtugħ ippjanati u tnaqqis involuntarji.

Ir-rapport jista’ jgħin il-każ għal aktar tnaqqis fil-provvista mill-OPEC, li qed tikkunsidra jekk tnaqqasx il-produzzjoni aktar minħabba domanda anqas.

Il-prezzijiet tad-deheb tbaxxew qrib l-inqas prezz f’ġimgħa hekk kif żdied is-sentiment ta’ riskju mill-investituri wara rapporti ta’ tnaqqis fil-każi tal-coronavirus, għakemm baqa’ t-tħassib dwar l-impatt potenzjali tal-imxija fuq l-ekonomija globali.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas rata f’erba’ snin u nofs kontra l-Frank Żvizzeru llum u l-yen issaħħaħ hekk kif l-investituri fittxew assi sikuri wara li l-provinċja ta’ Hubei fiċ-Ċina, l-epiċentru tal-coronavirus,…

Barranin

Muniti Tnaqqis fir-rata tal-ewro kontra d-dollaru għall-inqas rata f’erba’ xhur qajjem il-prospett tal-ipprezzar mill-ġdid ta’ waħda mill-fatturi makro-ekonomiċi tad-dinja u potenzjalità ta’ rata mill-ġdid tad-dollaru madwar il-globu. Wara li kienet…

Lokali

Id-dollaru żamm qrib l-ogħla rata tiegħu kontra l-yen wara statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti qabel ma joħroġ ir-rapport ewlieni dwar l-impjiegi. Il-yuan tbaxxa u s-swieq finanzjarji baqgħu fuq ix-xwiek hekk…

Barranin

Muniti Il-yuan offshore taċ-Ċina tbaxxa għall-inqas livell f’aktar minn seba’ ġimgħat. Il-Frank Żvizzeru kellu movimenti imħallta, tilef kontra d-dollaru iżda żdied bi ftit kontra l-ewro. Id-dollaru rkupra aktar minn 1%…

Aktar