Il-coronavirus taffettwa r-rati tal-interessi

Id-dollaru llum kellu telf qawwi kontra l-yen u l-ewro għax ir-rati tal-interessi waqgħu għal-livelli baxxi rekord u dan neħħa l-unika attrazzjoni tad-dollaru għall-investituri – rati ta’ interessi għoljin.  Biża’ li qed tikber dwar l-effetti mill-coronavirus ġabet bidla qawwija fis-sentiment dwar ir-rati tal-interessi fl-Istati Uniti hekk kif is-swieq finanzjarji qed jgħidu li l-Federal Reserve ser ikollu jbaxxi r-rati b’50 punt bażi għat-tieni darba dan ix-xahar.

Il-kollass riżultanti fid-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan – li tilfu 10 punti bażi fl-Asja – fisser mewt għal wieħed mill-aktar negozju popolari globali – is-self b’rati negattivi mill-ewro u l-yen biex jinxtraw assi tal-Istati uniti.

Il-yen, l-ewro u l-Frank Żvizzeru huma  sostnuti minn pajjiżi li għandhom bilanċi esterni qawwija, waqt li l-Ġappun għandu vantaġġ ieħor li huwa l-akbar nazzjon li jsellef.

L-ishma fl-Ewropa waqqfu tliet ijiem ta’ żieda lbieraħ minħabba li t-tħassib dwar l-iskala tal-ħsara ekonomika mill-imxija tal-coronavirus għeleb l-ottimiżmu dwar is-sostenn mill-istimulu monetarju.

Il-prezzijiet bil-quddiem dalgħodu jippuntaw lejn aktar tnaqqis f’Wall Street hekk kif l-ishma resqin lejn tmiem ġimgħa turbulenti.

Il-prezz taż-żejt illum tilef 1% hekk kif it-tħassib dwar id-domanda globali għaż-żejt u dwar tnaqqis fit-tkabbir ekonomiku kkawżati mill-imxija tal-coronavirus kiber mat-tħassib dwar il-fatt li l-produtturi taż-żejt mhux membri tal-OPEC għadhom ma ftehmux dwar aktar tnaqqis fil-produzzjoni biex ikunu sostnuti l-prezzijiet.

L-Organizzazzjoni tal-Pajjiżi Esporaturui taż=Żejt, l-OPEC, lbierah qablet li l-produzzjoni tż-żejt mhux raffinat mill-OPEC u produtturi assoċjati titnaqqas b’1.5 miljun barmil kuljum sa tmiem l-2020. Is-sejħa saret qabel il-laqgħa tal-OPEC u l-assoċjati li saret illum fi Vjenna.

Stati mhux membri tal-OPEC kienu mistennija li jikkontribwixxu 500,000 barmil kuljum mit-tnaqqis extra totali. Iżda r-Russja u l-Kazakstan,  it-tnejn membri tal-OPEC u l-assopċjati, qalu li sa issama qablux dwar aktar tnaqqis. Dan qajjem ir-risku ta’ kollass fil-kooperazzjoni li għenet lill-prezzijiet sa mill-2016.

Id-deheb żdied llum u riesaq lejn l-akbar żieda f’ġimgħa minn Ottubru 2011, minħabba l-biża’ li l-imxija globali tal-coronavirus tista tagħti daqqa kbira lill-ekonomija dinjija. Id-deheb żdied sa 5.8% sa issa din il-ġimgha għax il-biża dwar il-virus wassal lill-investituri biex iduru għal assi sikuri bil-Federal Reserve Amerikan japprova tnaqqis ta’ enerġenza ta’ 50 punt bażi fir-rati tal-interessi. Rati ta interessi inqas  ikabbar is-sentiment favur id-deheb.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-dollaru kien riesaq lejn l-akbar waqgħa f’ġimgħa f’aktar minn 10 snin hekk kif sensiela ta’ miżuri ta’ stimulu madwar id-dinja, inklużi $2 Triljun mill-Istati Uniti, għenu biex naqqsu t-tħarbita fis-swieq…

Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra grupp ta’ muniti wara li dejta wriet żieda bla preċedent fl-Amerikani li marru jirreġistraw għal benefiċju tal-qgħad, hekk negozji madwar il-pajjiż qed jagħluq…

Barranin

Muniti Id-dollaru tilef illum wara li l-politiċi qablu dwar pakkett ta’ stimulu ta’ $2 Triljun li kkalma n-nervi tas-swieq finanzjarji u wassal biex l-investituri jixtru lura muniti aktar riskjużi. Id-dollaru…

Id-dollaru tbaxxa sewwa llum, u tilef għat-tieni jum konsekuttiv wara li l-Federal Reserve saħħaħ il-miżuri biex jagħti kenn lill-ekonomija li qed tbati minn restrizzjonijiet ta’ emerġenza fuq il-kummerċ bil-għan li…

Aktar