Il-coronavirus tħalli effett fuq l-ekonomija

It-telf tal-Isterlina kompla hekk kif l-investituri naqqsu l-investment minħabba biża’ li l-baġit tal-Ministru tal-Finanzi ġdid fir-Renju Unit Rishi Sunak f’Marzu jista’ jiddiżappunta dawk li qed jistennew żieda fin-nefqa pubblika.

Id-dollaru irkupra mill-inqas livell f’ġimagħtejn fis-sessjoni preċedenti hekk kif l-investituri naqqsu l-aspettattivi tagħhom li l-Federal Reserve ser jagħti sinjal ta’ aktar illaxkar moetarju bħala tweġiba għall-imxija tal-coronavirus barra miċ-Ċina.

Indiċi

Il-Kummissarju għall-Ekonomija tal-Unjoni Ewropea llum qal li l-Italja u pajjiżi oħra taż-żona euro milquta mill-imxija tal-coronavirus huma mistennija li jibbenefikaw minn derogi taħt ir-regoli fiskali tal-Unjoni Ewropea li ser jippermettulhom li jonfqu aktar biex jiġġieldu l-emerġenza.

L-ishma Ewropej waqgħu taħt l-inqas prezz f’erba’ xhur, hekk kif l-imxija, li qed tkompli tal-virus, qed tkabbar il-biża’ dwar l-impatt tagħha fuq t-tkabbir ekonomiku globali b’kumpaniji ewlenin diġà qed iwissu dwar id-dħul tagħhom.

L-indiċijiet ewlenin ta’ Wall Street jidher li ser jissaħħu wara li kellhom l-agħar waqgħa perċentwali f’erbat ijiem f’aktar minn sena minħabba l-biża’ tal-ħsara ekonomika mill-firxa globali tal-coronavirus.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lokali, illum kien hemm movimenti qawwija kbar f’żewġ kumpaniji f’direzzjoni opposta. Il-Grand Harbour Marina llum żdiedu b’19%, ferm aktar miż-żieda ta’ 3.5% fil-Mapfre Middlesea u 2.4% fl-RS2 Software. Il-MIDI u l-International Hotel Investments tilfu 2% kull wieħed waqt li t-Trident Estate tilfu 6.55%. Il-GlobalCapital tilfu aktar minn 25% f’negozju ta’ 3,000 sehem.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, in-negozju kien posittiv fil-maġġoranza tal-bonds negozjati. Iżda iż-żidiet huma aktar razzjonali miż-żidiet fil-qasam tal-ishma lokali.

L-AX Group tilfu 1.51%. Il-Merkanti Holding kienu fuq quddiem b’żieda ta’ 0.77%. Il-bqija żdiedu qrib xulxin, bil-Mercury Finance javvanzaw 0.4%, segwiti mill-International Hotel Investments, Bank of Valletta u Together Gaming Solutions, b’tal-aħħar juru żieda ta’ 0.2%

Commodities

Il-prezz taż-żejt mill-Istati Uniti waqa’ taħt il-$50 għall-inqas prezz mill-1 ta’ Jannar 2019, hekk kif l-Asja, l-Ewropa u l-pajjiżi prodotturi taż-żejt fil-Lvant Nofsani rrapportaw mijiet ta’ każi ġodda tal-coronvirus bl-Istati Uniti twissi dwar pandemija li ma tistax tkun evitata.

Il-prezz tad-deheb zżdied u jinsab qrib l-ogħla prezz ta’ kuljum, madwar l-$1,644 u l-$1,645.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru llum għall-bidu żamm sod, iżda imbagħad ċeda għal pressjoni tal-bejgħ hekk kif riesaq il-ħruġ taċ-ċifri tal-qgħad. L-għadd ta’ Amerikani li applikaw għall-benefiċċju tal-qgħad fl-aħħar tliet ġimgħat żdied għal…

Barranin

Muniti Id-dollaru llum tbaxxa hekk kif muniti aktar riskjużi rkupraw minħabba tamiet li l-għeluq tan-negozji qed inaqqas il-firxa tal-coronavirus f’xi pajjiżi. L-isterlina kelha rkupru fis-swieq riskjużi li inkorraġġew xi bejgħ…

Lokali

Muniti Id-dollaru Amerikan ma kellu ebda moviment kontra l-parti l-kbira tal-muniti ewlenin, għalkemm kompla biż-żieda tiegħu kontra l-yen Ġappuniż hekk kif ir-rata ta’ mwiet fl-Ewropa minħabba l-coronavirus tbaxxiet, waqt li…

Id-dollaru llum resaq lejn żieda ta’ 2% f’ġimgħa, mgħejun minn żieda fil-prezz taż-żejt u waqt li l-investituri fittxew il-kenn fost impatt ta’ ħsara fuq l-ekonomija mill-pandemija tal-coronavirus. Iż-żidiet ikkonsolidaw is-saħħa…

Aktar