Il-Coronavirus tkompli tolqot ħażin is-suq

L-Isterlina ħadet tisbita għall-inqas livell f’aktar minn 30 sena, u anke aktar mill-waqgħa f’Ottubru 2016, hekk it-tħassib dwar l-impatt ekonomiku tal-coronavirus għeleb kull sforzi ta’ stimulu sa issa. Id-dollaru tela’ għall-ogħla rata fi tliet snin kontra l-muniti ewlenin, hekk kif kumpaniji u investituri imħassba dwar l-imxija ta’ coronavirus haffew lejn il-kenn sikur tal-aktar munita likwida fid-dinja. L-ewro żdied 1% kontra l-Isterlina waqt li tilef ftit inqas minn 1% kontra d-dollaru aktar b’saħħtu, u dan juri l-moviment qawwi tal-isterlina kontra d-Dollaru.

Indiċi

Wall Street kompliet bin-niżla qawwija waqt li s-swieq tal-bonds għaġġlu jikkwantifikaw l-iskala kbira tal-programmi ta’ sostenn mill-gvern u għotjiet mħabbra fl-aħħar 24 siegħa, kollha maħsuba biex inaqqas ix-xokk ekonomiku tal-coronavirus.

L-ishma Ewropej tilfu minħabba l-biża’ dwar l-imxija globali li mhix tieqaf tal-coronavirus li għelbet il-miżuri qawwija ta’ stimulu biex ikunu sostnuti n-negozji u jikkontjenu l-ħsara ekonomika mill-pandemija. Telf ta’ madwar 4% intwera fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku. L-indiċi lokali kellu telf modest hekk kif tilef 2.25% mill-ġurnata ta’ qabel.

Ishma

Fl-ishma lokali, il-BMIT technologies żdiedu 1.63%, żieda perċentwali bbilanċjata minn telf akbar fil-MapfreMiddlesea, hekk kif dawn tal-aħħar tilfu 1.74%. Tnaqqis fir-reġjun ta’ 5% kienu reġistrati fil- Malta Properties, Bank of Valletta u HSBC Bank Malta. Il-Malta International Airpport u s0Santumas Shareholdings tilfu 8% u 9% rispettivament.

Bonds

Fis-settur tal-bonds, il-GAP 2022 żdiedu 1.5%. Ilbonds tal-Plaza centre, il-Mercury Projects Finance, Bortex Group Finance, International Hotel Investments u Phoenicia Finance tilfu bejn between 1.41% u 2.44% waqt li AX Investments 2024 tilfu 10.67%

Commodities

Il-prezzijiet taż-żejt tilfu għat-tielet sessjoni, bil-US West Texas Intermediate jaqa’ għall-inqas prezz fi 18-il sena u l-Brent jaqa’ għal aktar minn 16-il sena hekk kif lockdowns fuq l-ivvjaġġar u avvenimenti Soċjali biex ikun miġġieled il-coronavirus qajmu l-prospetti tal-akbar waqgħa annwali fid-domanda għall-fjuwil.

Il-Brent tilef 7% waqt li l-US West Texas Intermediate tilef aktar minn 12%.

Il-prezz tad-deheb tilef 2% waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 4% fil-prezz tal-fidda.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-dollaru kien riesaq lejn l-akbar waqgħa f’ġimgħa f’aktar minn 10 snin hekk kif sensiela ta’ miżuri ta’ stimulu madwar id-dinja, inklużi $2 Triljun mill-Istati Uniti, għenu biex naqqsu t-tħarbita fis-swieq…

Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra grupp ta’ muniti wara li dejta wriet żieda bla preċedent fl-Amerikani li marru jirreġistraw għal benefiċju tal-qgħad, hekk negozji madwar il-pajjiż qed jagħluq…

Barranin

Muniti Id-dollaru tilef illum wara li l-politiċi qablu dwar pakkett ta’ stimulu ta’ $2 Triljun li kkalma n-nervi tas-swieq finanzjarji u wassal biex l-investituri jixtru lura muniti aktar riskjużi. Id-dollaru…

Id-dollaru tbaxxa sewwa llum, u tilef għat-tieni jum konsekuttiv wara li l-Federal Reserve saħħaħ il-miżuri biex jagħti kenn lill-ekonomija li qed tbati minn restrizzjonijiet ta’ emerġenza fuq il-kummerċ bil-għan li…

Aktar