Barranin
Il-Coronavirus u t-tensjoni bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina jbaxxu l-prezz taż-żejt

L-indiċi tad-dollaru Amerikan baqa’ qrib l-inqas livell f’sentejn u nofs ta’ nhar il-Ġimgħa wara li statistika dgħajfa dwar il-qgħad fl-Istati Uniti kabbret l-istennija ta’ għajnuna ekonomika, waqt li l-Isterlina tbaxxiet hekk kif r-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea qed jagħmlu l-aħħar sforz għal ftehim. L-Isterlina tbaxxiet aktar minn 1% għall-inqas rata f’sitt ġimgħat kontra l-ewro hekk kif l-aħħar tenattivi għal ftehim komplew fi Brussel u l-investituri evalwaw mill-ġdid ir-riskju ta’ ebda ftehim. It-tnaqqis kbir kienet bidla kbira fis-sentiment min-nhar il-Ġimgħa meta l-Isterlina telgħet għal aktar minn $1.35 għall-ewwel darba din is-sena.

Indiċi

L-indiċi ewlenin madwar id-dinja llum kienu f’territorju negattiv. In-Nasdaq estenda l-irkupru biex laħaq livell għoli rekord minħabba tamiet li qed jikbru dwar l-approvazzjoni ta’ pakkett ġdid ta’ stimulu, waqt li l-S & P 500 u d-Dow Jones tbaxxew minħabba t-tensjoni bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti dwar Ġong Kong.

L-ishma Ewropej ukoll tbaxxew illum minħabba li t-tensjoni li qed tikber bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina naqqset is-sentiment għal assi aktar riskjużi, waqt li Sterlina milquta ħażin mill-biża’ ta’ ebda ftehim dwar Brexit laqtet ħażin l-indiċi ewlieni f’Londra. L-Indiċi tal-Borża ta’ Malta żdiet b’1.29% l-aktar biż-żiefda fil-prezzijiet ta’ Mapfre, il-GO u l-Plaza Centres.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lojkali, il-Mapfre u l-GO, it-tnejn avvanzaw b’aktar minn 8%, bil-Mapfre jilħaq kwżi 9%. F’ġurnata mimlija attivcità llum, il-Plaza Centres żdiedu 5.38%, bil-Malita Investments, il-FimBank u l-Lombard kollha jiżdiedu bi 2%. F’territorju negattiv kien hem mil-Malta Properties Companu bi kważi 2%.

Bonds

Ftit kien hemm negozju fil-bonds lokali, bil-Best Deal jiżdiedu 1%, l-International Hotel Investments 2024 javvanzaw 2024 0.2%.  Kien hemm tnaqqis negliġibli fil-Virtu Finance u l-bond l-ieħor tal-International Hotl Investments,li tilfu 0.01%. Il-Mediterranean Maritime Hub Finance tilfu 0.1%.  waqt li l-AX Investments tbaxxew bi kważi 1%.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew illum hekk kif l-impatt pożittiv tal-vaċċin kontra l-Covid-19 u l-ftehim tal-OPEC u l-alleati dwar it-tnaqqis fil-produzzjoni kien imminat minn aktar każi ta’ Coronavirus u tensjoni akbar bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Indiċi fi Spanja u fl-Italja, ibbażati l-aktar fuq il-finanzi tilfu aktar minn 0.8%, waqt li l-CAC 40 tilef 1% wara li nhar il-Ġimgħa tela’ għal ogħla livell f’disa xhur. Id-deheb u l-fidda t-tnejn kellhom jum pożittiv b’żieda ta’ aktar minn1%.