Barranin
Il-COVID-19 tgħin lill-prezz tad-deheb

L-Isterlina kompliet bil-waqgħa tagħha taħt id-$1.3600, l-inqas livell minn Frar. Il-firxa qawwija tal-varjant Delta fir-Renju Unit u l-prospett ta’ ta’ sitwazzjoni agħar kellhom effett ħażin fuq il-munita. Il-kwistjonijiet dwar Brexit ukoll komplew jagħfsu lill-Isterlina.

L-ewro tbaxxa lejn id-$1.18 u qed iżomm ‘il fuq mil-livell baxxi ta’ 15-il ġimgħa hekk kif id-dollaru, meqjus bħala munita sikura issaħħaħ. Is-swieq qed jippruvaw jistabilizzaw wara li waqgħu nhar it-Tnejn. It-tħassib dwar il-varjant Delta kompla jiddomina is-sentiment tal-investituri.

Indiċi

L-indiċijiet kienu fil-parti l-kbira pożittivi wara l-bejgħ qawwi tal-bieraħ bid-Dow Jones jipprovdi direzzjoni u jiżdied l-aktar b’1.32%. L-Ewropa wkoll żdiedet waranofsinhar b’madwar nofs punt perċentwali u r-Renju Unit kien qed jiżdied bi ftit inqas. Il-Ġappun għalaq f’territorju negattiv  u l-indiċi lokali baqa f’territorju pożittiv.

Ishma

Kien jum kwiet fis-sessjoni tal-ishma u l-bonds lokali. Kien biss żewġt ishma li kienu negozjati bil-GO jiżdiedu 1.76%. Il-Malta International Airport għalaq bla bidla fil-prezz.

Bonds

Il-bonds kienu ftit aktar attivi. In-negozju kien kważi bilanċjat fiż-żewġ direzzjonijiet bi tlieta jiżdiedu u erbgħa jitbaxxew. Id-Dizz Finance żdiedu kważi 1.5% waqt li Shoreline tilfu 1.47%. Il-Mercury Projects u Tum Finance żdiedu inqas minn 1%. Il-Hili, il-GO u l-Mediterranean Investments Holdings tilfu inqas minn 1%.

L-ansjetà minħabba il-Covid-19 għenet lid-deheb biex jerġa’ jibda jiżdied għat-tieni sessjoni infila. Irkupru fis-swieq tal-ishma u fid-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerkan jistgħu jillimtaw iż-żidiet fid-deheb.