Barranin
Il-Fiat Chrysler u l-Peugeot se jingħaqdu?

Muniti

Id-dollaru kien sod kontra muniti ewlenin oħra, hekk kif l-investituri kienu qed jistennew tnaqqis fir-rata tal-interessi mill-Federal Reserve, u minħabba rapport avvanzat dwar it-tkabbir ekonomiku fit-tielet kwart, li jista’ jitfa’ dawl fuq il-prospetti dwar ir-rata.

L-isterlina wkoll kienet stabbli, u żammet taħt ir-rati għolja tal-aħħar ħames xhur, wara li l-House of Commons approvat elezzjoni bikrija f’Diċembru, li tista’ ssolvi n-nuqqas ta’ ftehim dwar Brexit.

Id-dollaru kien stabbli kontra l-ewro f’$1.1117 u marġinalment aktar baxx kontra grupp ta’ sitt muniti ewlenin b’97.630. Kontra l-yen, id-dollaru ftit kellu ċaqliq, u sarraf 108.86 yen, mhux wisq ’il bogħod mill-ogħla rata għal tliet xhur ta’ 109.07 yen milħuqa nhar it-Tlieta.

Indiċi

L-ishma Ewropew tbaxxew hekk kif rapporti finanzjarji dgħajfin mill-banek u dubji dwar ftehim interim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina xprunaw il-bejgħ tal-ishma, għalkemm it-telf kien limitat mill-eċċitament dwar it-taħditiet għall-għaqda bejn il-Fiat Chrysler u l-pSA ta’ Franza.

Wall Street tħabtet għal direzzjoni għax l-investituri qagħdu jistennew id-deċiżjoni tal-Federal Reserve aktar tard fil-jum. Il-bank kien mistenni li jnaqqas ir-rati tal-interess għat-tielet darba din is-sena biex ipatti għal xi effett kuntrarju mit-tilwima bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew minħabba li t-tħassib dwar possibiltà ta’ dewmien fir-riżoluzzjoni tat-tilwima bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, li laqat ħażin lid-domanda gloabli għaż=żejt, ibbilanċja it-tnaqqis fil-ħażniet taż=żejt fl-Istati uniti li sostna l-prezz.

Il-prezzijiet tad-deheb żdiedu wara li kienu laħqu l-inqas prezz f’ġimgħa fis-sessjoni preċedenti, minħabba li l-investituri stennew id-deċiżjoni tal-Federal Reserve dwar ir-rati.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet għar-raba’ jum wara l-ieħor kontra d-Dollaru hekk kif is-saħħa tal-munita Amerikana u t-tħassib dwar il-bidu tat-taħditiet kummerċjali bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea warrbu min-nofs l-istatistika li…

Barranin

Muniti Id-dollaru żdied illum għall-ogħla rata fi kważi 3 snin kontra l-ewro, li kienet taħt pressjoni minn stħarriġ Ġermaniż li wera tnaqqis fil-fiduċja tal-investitur fl-ikbar ekonomija tal-Ewropa. L-ewro tbaxxa b’0.36%…

Barranin

Muniti L-ewro tħabat biex żamm qrib l-inqas rata fi tliet snin hekk kif l-investituri huma mħassba dwar it-tnaqqis fit-tkabbir fir-reġjun, waqt li l-isforzi Ċiniżi biex jillimitaw il-ħsara mill-coronavirus jidher li…

Barranin

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas rata f’erba’ snin u nofs kontra l-Frank Żvizzeru llum u l-yen issaħħaħ hekk kif l-investituri fittxew assi sikuri wara li l-provinċja ta’ Hubei fiċ-Ċina, l-epiċentru tal-coronavirus,…

Aktar