Barranin
Il-fidda telgħet qrib l-ogħla prezz f’seba’ snin fuq tama li jkun hemm irkupru fl-attività industrijali

Muniti

Negozjanti fil-kambju reġgħu kisbu s-sentiment ta’ riskju llum, u ma tawx kas it-tensjonijiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u bdew mill-ġdid it-transazzjonijiet ta’ riskju li ddominaw minn meta l-mexxejja tal-Unjoni Ewropea ftehmu dwar pjan ta’ stimulu fiskali lbieraħ.

L-ewro, li żdied minn meta l-Unjoni Ewropea pproponiet f’Mejju l-fond ta’ rkrupru, kompla jissaħħaħ u laħaq livell għoli ġdid ta’ €1.1592, l-aħjar minn Ottubru 2018. Id-dollaru kien dgħajjef aktar qabel, minħabba tħassib dwar id-dewmien fl-istimulu fiskali fl-Istati Uniti, hekk kif ir-Repubblikani u d-Demokratiċui tħabtu biex jilħqu kunsens dwar ir-rawnd li jmiss ta’ stimulu.

L-Isterlina tbaxxiet illum minħabba tħassib li qed jiżdied li l-perjodu ta’ transizzjoni ta’ Brexit ser jintemm mingħajr ebda ftehim bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea, u minħabba prospetti ekonomiċi mċajpra hekk kif il-pajjiż ħiereġ mill-pandemija.

Indiċi

L-ishma fl-Ewropa tbaxxew illum minħabba li t-tensjonijiet li qed jiżdiedu bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u ż-żieda fil-każi tal-coronavirus tappnu s-sentiment wara li ftehim tal-Unjoni Ewropea saħħaħ is-swieq finanzjarji tar-regjun għall-ogħla livelli f’erba’ xhur fis-sessjoni ta’ qabel. Is-swieq fl-Istati Uniti fetħu bla żieda.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-BMIT Technologies tilfu 2.06%, l-HSBC Bank Malta b’1.04% u l-International Hotel Investments b’0.92%. Fin-naħa pożittiva kien hemm il-GO b’0.58%, il-Lombard Bank Malta b’0.98%, il-Plaza Centres b’7.65% u marru l-aħjar il-Global Capital b’avvanz ta’ 8.33%.

Fil-qasam tal-bonds lokali, il-Hili Finance Company 2028 tilfu 1.02%, segwiti mill-International Hotel Investments 2026 li tilfu 0.47%.
In-1923 Investments 2024, il-Hudson Malta 2026 il- Mediterranean Maritime Hub Finance 2026 kienu negozjati bla bidla fil-prezz. F’territorju pożittiv kien hemm l-AX Investments 2024 b’0.05% u l- Mercury Projects Finance 2027 marru l-aħjar b’żieda ta’ 0.25%.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew llum hekk kif statistika dwar l-industrija taż-żejt wrew żieda aktar milli mistennija fil-ħażniet fl-Istati Uniti, fejn żieda fil-każi tal-koronavirus tista’ tkompli tolqot ħażin id-domanda għall-fjuweil fl-akbar konsumatur taż-żejt fid-dinja.

Il-prezz tad-deheb laħaq l-ogħla livell f’disa’ snin għax ħafna investituri qed jittammaw bis-sħiħ li l-banek ċentrali ser jintroduċu aktar miżuri ta’ stimulu biex inaqqsu l-impatt ekonomiku tal-coronavirus, waqt li l-fidda telgħet qrib l-ogħla prezz f’seba’ snin fuq tama li jkun hemm irkupru fl-attività industrijali.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro illum kien dgħajjef kontra l-muniti kollha, għalkemm huwa kellu xi żidiet kontra l-muniti Nordiċi. L-isterlina ssaħħet għall-ogħla rata f’ħames xhur kontra d-dollaru u riesqa lejn id-$1.32 wara li…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji miġbura minn BNF Bank: Muniti L-isterlina tbaxxiet u tilfet iż-żidiet bikrin wara li d-dollaru Amerikan żdied kontriha, waqt li l-biża’ tat-tieni mewġa ta’ coronavirus…

Barranin

Insellmilkom din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank Muniti Id-dollaru llum waqa’ għall-inqas rata f’sentejn u riesaq lejn l-agħar tnaqqis f’xahar f’perjodu…

Barranin

L-ewro rtira wara jumejn żieda kontra d-dollaru, hekk kif il-Ġermanja rrapportat produzzjoni ekonomika diżappuntanti għat-tieni kwart tas-sena u l-Federal Reserve żamm l-appoġġ tiegħu għall-ekonomija Amerikana. L-ewro jidher li ser jagħlaq…

Aktar