Barranin
Il-fidda tiżdied kważi d-doppju tad-deheb

Muniti

L-isterlina żdiedet wara dejta dwar l-impjiegi aħjar milli kienet mistennija u l-Prim Ministru Boris Johnson iffaċċja oppożizzjoni fil-partit tiegħu dwar il-leġiżlazzjoni proposta li tikser it-trattat dwar Brexit. Iżda ż-żieda mistennija tkun temporanja, għax skont l-analisti, Johnson qed jiffaċċja ribelljoni li qed tikber mill-partit tiegħu stess u aktar reviżjonijiet fil-leġiżlazzjoni hekk kif din qed tagħmel progress.

Il-muniti riskjużi għolew bil-yuan jitla’ għall-ogħla livell f’16-il xahar wara li dejta Ċiniża qed turi rkupru ekonomiku bid-dollari tal-Awstralja u ta’ New Zealand jiżdiedu waqt li tbaxxa d-dollaru Amerikan.

L-akbar moviment illum kien fl-ewro kontra d-dollaru Awstraljan fejn il-munita unika tilfet 0.6%.

Indiċi

L-ishma fl-Istati Uniti fetħu ogħla llum hekk kif dejta tajba miċ-Ċina qajmet ottimiżmu dwar irkupru ekonomiku, waqt li l-investituri qed jistennew aktar stimulu mill-Federal Reserve li llum beda l-laqgħa ta’ jumejn tiegħu.

Il-FTSE 100 żdied 126% waqt li l-iStoxx 50 u d-Dax żdiedu b’0.7% u 0.44% rispettivament. Il-CAC 40 avvanza 0.57%, u żamm mal-indiċijiet Ewropej oħra. It-Topix tal-Ġappun tilef 0.62%. L-indiċi lokali tilef 0.08%.

Shares

Kien hemm xi attività fl-ishma lokali, u l-parti l-kbira kienu negozjati mingħajr bidla fil-prezz. Dawn kienu l-Malta Properties, l-MIA, l-HSBC, il-BMIT u l-Bank of Valletta. L-uniċi ishma li bidlu l-prezz kienu l-PG Holdings li avvanzaw 0.53% upwards, u l-GO, li tilfu 1.23%.

Bonds

Il-bonds lokali wrew aktar determinazzjoni bil-Hili Properties jiżdiedu 2.21%. L-Eden Finance u l-Mercury Projects it-tnejn żdiedu 1.42%. Il-Premier Capital u l-International Hogtel investments kellhom bidla ta’ nofs punt perċentwali, tal-bidu ‘il fuq u tal-aħħar l-isfel. Il-Global Capital tilfu kważi 1% waqt li l-Von Der Heyden Group Finance tbaxxew b’1.5%

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt għolew, iżda tbassir ta’ rkupru inqas milli kien mistenni fid-domanda globali għall-fjuwil minħabba l-pandemija kellha effett fuq il-prezz. L-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija naqqset it-tbassir tagħha għall-2020 b’200,000 barmil kuljum għal 91.7 miljun, minħabba kawtela dwar il-pass tal-irkupru ekonomiku.

Id-deheb u l-fidda żdiedu, bil-fidda turi żieda kważi d-doppju tad-deheb. Id-deheb żdied kważi 0.5%.

Aħbarijiet Oħra

Muniti L-Isterlina tbaxxiet kontra d-dollaru u l-ewro, wara li l-Bank of England qal li ngħata tagħrif kif tista’ tkun implimentata b’effett rata ta’ interessi negattiv jekk ikun hemm bżonn. Il-Bank…

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef kontra l-muniti u kien kważi bla tibdil kontra l-ewro minħabba stennija li l-Federal Reserve seta’ jagħti ħjiel ta’ aktar azzjoni fil-politika monetarja, waqt li l-yuan Ċiniż…

Muniti Id-dollaru llum tilef kontra l-muniti ewlenin sħabu hekk kif mewġa ta’ negozju f’akkwist ta’ kumpaniji għen lis-sentiment fis-swieq internazzjonali tal-ishma u l-investituri qed jistennew ġimgħa mimlija attivitajiet li jinkludu…

Dawn huma l-aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank Muniti Il-bidla fil-politika monetarja mill-Federal Reserve tal-Istati Uniti mhux ser ikollha l-impatt sinifikattiv fuq l-ekonomija, skont il-maġġoranza…

Aktar