Barranin
Il-Fond Monetarju Internazzjonali jbassar ħsara akbar mill-pandemija

Muniti

Id-dollaru Amerikan żdied illum hekk kif fatturi li jinfirxu minn tensjonijiet kummerċjali għal biża dwar mewġa oħra tal-coronavirus kabbru d-domanda għal muniti meqjusa siguri. L-ewro tbaxxa għal $1.1207 u l-Isterlina għal $1.2410.

Żieda fil-każi tal-coronavirus mill-Istati Uniti sal-Kirgistan qajmet beżgħat li l-irkupru ekonomiku li kien mistenni mis-swieq jinsab fil-periklu. Il-Fond Monetarju Internazzjonali baxxa t-tbassir tiegħu dwar il-produzzjoni globali għal 2020, u bassar ħsara mill-pandemija aktar milli kien mistenni qabel.

L-Isterlina għal bidu żdiedet hekk kif l-investituri xtraw lura l-munita wara ż-żieda ta’ dan l-aħħar. Għalkemm il-biża dwar mewġa oħra tal-virus u n-negozjati dwart Brexit illimtaw iż-żieda.

Indiċi

L-ishma Ewropej daħlu f’territorju pożittiv  llum b’żieda fl-ishma tal-Lufthansa  u tal-Bayer tgħin biex il-Ġermanja tmur aħjar hekk kif l-investituri qiesu r-riskji ekonomiċi taż-żieda fil-każi tal-coronavirus.

L-indiċijiet ewlenin ta Wall street fetħu aktar baxxi wara l-agħar jum tagħhom f’ġimagħtejn għax l-investituri dehru nervużi  miż-żieda allarmanti fil-każi tal-coronavirus u żieda fl-għadd ta’ nies qegħda.

Shares

Is-suq tal-ishma lokali llum kien kwiet bi ftit negozju. Il-Bank of Valletta għalaq bla bidla fil-prezz. Il-Malta International Airport ukoll ma kellu ebda ċaqliqa u l-RS2 Software ukoll bla bidla.

Il-GO żiedu 0.615 għal €3.32 kull sehem bl-International Hotel Investments marru l-aħjar b’żieda ta’ 1.71%.

Bonds

Fil-bonds lokali, l-International Hotel Investments  2024 tilfu 2.76%, l-AX Group 2029 it-Tieni Serje tilfu 2.42%, il-Bank of Valletta 2030 naqsu b’1.94%, l-SD Finance 2027 tbaxxew b’1.47%, il-Corinthia Finance 2026 tbaxxew b’1.11% u l-Mediterranean Investments Holding 2021 closed b’1%. Il-Medserv 2020-2023 kienu l-aħjar li marru b’żieda ta’ 1.43%.

Prodotti Essenzjali

Iż-żejt tbaxxa għal inqas minn $40 kull barmil wara telf ta’ 5% fis-sessjoni ta’ qabel, hekk kif inventarji għolja rekord fl-Istati Uniti u żieda fil-każi tal-coronavirus tefgħu dubbji dwar l-irkupru fid-domanda għall-fjuwil. Madanakollu il-Brent irkupru xi ftit u tela’ għal aktar minn $40.

L-Amministrazzjoni ta’ Informazzjoni dwar l-Enerġija qalet li ħażniet taż-żejt mhux raffinat fl-Istati Uniti żdiedu b’1.4 miljun barmil. Dan laqat ħażin lill-prezzijiet taż-żejt mhux raffinat iżda dettalji oħra tar-rapport bħal tnaqqis fil-ħażniet tal-fjuwil  hekk kif kibret id-domanda, taw sostenn.

Iż-żejt u l-ishma kienu wkoll taħt pressjoni miż-żieda fil-każi tal-coronavirus. Infezzjonijiet ġodda dehru f’għadd ta’ stati Amerikani u l-Awstralja kellha l-akbar żieda f’xahrejn. Laqat ukoll il-prospetti dwar id-domanda it-tbassir tal-Fond Monetarju Internazzjonali.

Tnaqqis record mill-OPEC u l-alleati sostna is-suq, li huwa ferm aktar b’saħħtu imqabbel ma’ April, meta l-Brent niżel għal taħt is-$16 kull barmil u iż-żejt Amerikan inbiegħ taħt iż-żero.

Il-prezzijiet tad-deheb stabilizzaw ruħhom illum hekk kif żieda fil-każi tal-coronavirus naqqsu d-domanda għal assi aktar riskjużi għalkemm iż-żidiet kienu limitat mix-xiri tad-dollaru.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Id-dollaru kien imwaħħal f’firxa dejqa, sostnut mill-flussi f’assi sikuri hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus…

Barranin

Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra r-rivali tiegħu hekk kif statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti u mill-Ewropa saħħew is-sentiment ta’ riskju, b’tamiet għal vaċċin kontra l-Covid-19 ikomplu jgħinu s-sentiment….

Barranin

Muniti Statistika ekonomika Ewropea tajba xprunat is-sentiment ta’ riskju llum, waqt li tilef l-ewro u l-indiċi tad-dollaru żdied xi ftit hekk kif  is-swieq finanzjarji bbilanċjaw tamiet għal rkupru ekonomiku globali…

Barranin

Muniti Grupp ġdid ta’ statistika ekonomika ħażina żammet lill-ewro u lill-isterlina taħt pressjoni hekk kif tbaxxa s-sentiment minħabba l-biża’ ta’ postijiet ġodda ta’ imxija qawwija tal-COVID-19 madwar id-dinja u li…

Aktar