Barranin
Il-ftehim bejn Trump u Xi serva biex ikkalma l-beżgħat tal-investituri

Muniti

L-ewro żdied b’aktar minn 0.11% kontra d-dollaru għal $1.1330. Barra dan l-ewro wera żieda ta’ 0.48% kontra l-isterlina, 0.15% kontra l-yen u 0.02% kontra l-frank Żvizzeru. Il-munita unika tilfet 0.87% kontra d-dollaru Awstraljan u 0.82% kontra dak Kanadiż.

Indiċi

L-ishma fl-Istati Uniti żdiedu wara li l-Istati Uniti u ċ-Ċina ftehmu li jsegwu waqfien fit-tilwima kummerċjali ta’ bejniethom, waqt li l-bonds tat-Teżor Amerikan u d-dollaru tbaxxew.

Il-ftehim bejn Trump u l-President Ċiniż fis-summit tal-Grupp tal-20 fl-Arġentina serva biex ikkalma l-beżgħat tal-investituri dwar l-istat tat-tkabbir ekonomiku globali wara perjodu mqalleb għal assi meqjuża riskjużi. L-Istati Uniti kienet lesti timponi tariffi fuq $200 biljun ta’ prodotti Ċiniżi mill-1 ta’ Jannar li ġej.

L-indiċijiet Ewropej kienu kollha f’territorju pożittiv. Il-FTSE 100 kellu żieda ta’ 1.58%; l-iSTOXX b’1.34%; id-DAX bi 2.06% u l-CAC 40 b’0.87%.

Id-Dow Jones fetaħ 1.65% ogħla waqt li l-indiċi tal-Borża ta’ Malta tbaxxa b’0.511%.

Shares

Fis-sessjoni tal-ishma locali, il-Malta International Airport u l-Mapfre MiddleSea żdiedu b’aktar minn 0.50% u għal €6.20 u €1.20 rispettivament. L-HSBC Bank Malta u l-Malita Investments baqgħu bla ebda bidla waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 0.63% fitl-FIMBank, 0.65% fit-Trident Estates u ta’ 1.50% fil-Bank of Valletta.

Bonds

Fil-bonds lokali, il-Melita Finance 2028, il-Mediterranean Maritime Hub Finance 2026, l-International Hotel Investments 2026, il-Premier Capital 2026 u l-Von der Heyden Group Finance 2024 żdiedu b’aktar minn 0.20%, bil-Melita Finance ikollha l-aktar żieda ta’ 6.98%.
Sadattant, id-Dizz Finance 2026 u s-6PM Holdings 2025 tilfu 0.68% u 0.98% rispettivament.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt tela’ wara ħidma madwar id-dinja biex ikunu appoġġjati l-prezzijiet hekk kif l-Għarabja Sawdija u r-Russja estendew il-ftehim tagħhom li jimmaniġġaw is-suq u l-aktar provinċja Kanadiża li tipproduċi żejt ordnat tnaqqis bla preċedent fil-provvista. L-ottimiżmu intlaqat xi ftit wara li l-Qatar qal li kienet ser jitlaq mill-OPEC hekk kif dan il-grupp qed iħejji għal-laqgħa ta’ din il-ġimgħa.

Il-Brent wera żieda ta’ 4.02% għal $61.84 waqt li l-U.S. Light crude żdied b’4.71% għal $53,30.

Kien hemm żieda ta’ 0.48% fil-prezz tad-deheb għal $1,231.97 kull uqija waqt li l-fidda żdiedet b’1.85% għal $14.47.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-ewro ddgħajjef, u riesaq lejn l-agħar ġimgħa minn kmieni f’Lulju, hekk kif kummenti moderati mill-membru tal-bord governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew, Olli Rahn żamm is-sentiment moderat. L-ewro tilef 0.10% kontra d-Dollaru…

Barranin

Muniti L-ewro tilef sa 0.30% kontra d-dollaru għall-inqas rata tal-ġurnata ta’ $1.1162, wara li l-President tas-Senat Taljan iltaqgħet mal-mexxejja tal-partiti biex jiddeċiedu dwar id-data tal-vot ta’ sfiduċja fil-gvern tal-Prim Ministru…

Barranin

Muniti L-ewro, li din is-sena diġà tbaxxa bi 2%, huwa mbassar li jkun żdied bi 3% fi 12-il xahar biex ikun negozjat f’€1.15. Analisti ilhom inaqqsu t-tbassir tagħhom dwar l-ewro…

Barranin

Muniti L-isterlina llum żdiedet xi ftit biex żammet ‘il fuq mill-inqas rati riċenti għalkemm baqgħet vulnerabbli għax l-investituri xorta huma mħassba li r-Renju Unit ser joħroġ mill-Unjoni Ewropea bla ftehim….

Aktar