Barranin
Il-ftehim kummerċjali ġdid tal-Amerika maċ-Ċina aktarx se jkollu jistenna sas-sena d-dieħla

Muniti

Il-President Amerikan Donald Trump qal li ftehim kummerċjali ġdid maċ-Ċina aktarx ikollu jistenna għal wara l-elezzjoni presidenzjali Amerikana tas-sena d-dieħla. Din l-aħbar sorprendenti laqtet sewwa lid-dollaru Amerikan hekk kif l-investituri biegħu l-munita li kellha tendenza li togħla hekk kif jinħass ottiżmu dwar ftheim maċ-Ċina. Trump qal li ma għandu ebda skeda ta’ meta jiftiehem maċ-Ċina, u dan wassal għal bejgħ qawwi tal-ishma. Il-yen, li tilef fil-bidu tan-negozju, issaħħaħ b’0.24% għal 120.44 yen kull ewro. Il-Frank Żvizzeru, munita oħra b’saħħitha li l-investitur isib kenn fih waqt in-nervożmismu tas-swieq, żied 0.39% għal 1.0940 kull ewro. Id-dollaru tbaxxa kontra grupp ta’ muniti, waqt li ftit li xejn inbidel kontra l-ewro għal $1.1083.

 

Indiċi

 

L-ishma Ewropej irkupraw llum mill-akbar waqgħa f’xahrejn fis-sessjoni preċedenti, mgħejjuna mill-ishma tat-teknoloġija, iżda ż-żidiet kienu limitati hekk kif l-investituri inqabdu fil-prospetti ta’ tilwimiet kummerċjali dinjin ġodda. Local Stocks. Fil-qasam lokali, l-ishma tal-Bank of Valletta tilfu 1.40%, waqt li kien hemm żieda ta’ 2.40% fil-FIMBank, ta’ 1.25% fl-International Hotel Investments u 3.68% fil-Malta Properties Company. Il-Medserv tilfu 0.90%; il-MIDI tbaxxew b’14.06% u l-RS2 Software tilfu 2.78%.

 

Bonds Lokali

 

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Merkanti Holding 2026 żdiedu b’0.50%; l-SD Finance 2027 tilfu 0.26%; Tumas Investments 2027 tilfu 2%, l-iStivala Group Finance 2027 żdiedu b’0.97%; l-SP Finance 2029 avvanzaw 0.80%; it-Tum Finance 2029 ukoll żdiedu b’0.75% waqt li l-Mercury Projects Finance 2031 raw żieda ta’2.41%.

 

Prodotti essenzjali

 

Il-Ministru tal-Enerġija Russu qal li pajjiżu jistenna laqgħa “kostruttiva” tal-OPEC, hekk il-mexxej tal-OPEC l-Għarabja Sawdija qed tippressa lill-membru u l-alleati bħar-Russja biex ikabbru t- tnaqqis fil-produzzjoni biex jevitaw produzzjoni żejda s-sena d-dieħla. L-OPEC ser tiltaqa’ fi Vjenna nhar il-Ħamis segwita b’laqgħa mal-alleati il-Ġimgħa. Il-produtturi jridu jiddeċiedu jekk ikomplux, inaqqsux, ikabbrux jew ineħħu l-ftehim ta’ tnaqqis fil-produzzjoni li bħalissa jitlob tnaqqis kollettiv ta’ 1.2 miljun barmil kuljum li huwa madwar 1.2% tad-domanda dinjija. Il-prezz tad-deheb żdied għall-ogħla livell f’aktar minn ġimgħa wara li Trump kabbar it-tensjonijiet kummerċjali maċ-Ċina, il-Brażil u l-Argentina u dan tefa’ lill-investituri f’assi meqjusa sikuri, waqt li l-palladju żamm qrib il-livell għoli record tiegħu.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Il-parti l-kbira tal-muniti ewlenin ma tawx każ l-iffirmar illum tal-ewwel fażi tal-ftehim kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, sempliċiment għax il-parti l-kbira tal-kwistjonijiet miftehma kienu mistennija mill-investituri sa mis-Sajf….

Barranin

Muniti L-ewro illum tela’ għall-ogħla livell f’ġimgħa kontra d-dollaru hekk kif l-investituri wrew kawtela fl-ottimiżmu tagħhom dwar il-prospetti għall-munita unika qabel l-iffirmar tal-ftehim kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.  Waqt…

Barranin

Muniti L-ewro waqa għal $1.1112, mill-ogħla livell f’ħames xhur ta’ $1.1239 fil-31 ta Diċembru u wara li kien jiġi nnegozjat għal $1.1122. Statistika maħruġa llum turi li l-prezzijiet tal-konsumatur fl-Istati Uniti…

Barranin

Muniti Ir-rata tal-ewro kontra d-dollaru baqgħet qrib id-$1.1123 bla ebda bidla fil-jum. It-tnaqqis fil-biża’ ta’ kunflitt fil-Lvant Nofsani minkejja t-tensjonijiet li huma ċċentrati fuq l-Iran tejjeb is-sentiment tal-investituri iżda dan…

Aktar