Barranin
Il-Ġermanja u Franza jemmnu li l-KE għandha tissellef €500 biljun f’isem l-Unjoni kollha

Muniti

L-ewro rkupra llum, xprunat minn proposta Franko-Ġermaniża għal fond li jkun jista’ joffri għotjiet lir-reġjuni u setturi tal-Unjoni Ewropea li l-agħar li ntlaqtu mill-pandemija tal-coronavirus.

Il-munita unika kienet ukoll mgħejjuna minn dgħufija fid-dollaru Amerikan, li tilef l-appell tiegħu bħala munita sikura wara li riżultati inkoraġġanti mit-testijiet ta’ vaċċin kontra l-COVID-19 ta spinta lill-assi riskjużi.

Il-Ġermanja u Franza, li l-ftehimiet bejniethom normalment iwittu t-triq għal ftehimiet fl-UE, ipproponew li l-Kummissjoni Ewropea tissellef €500 biljun f’isem l-Unjoni kollha. Il-Kummissjoni mistennija li tħabbar il-proposti tagħha qabel summit Ewropew fis-27 ta’ Mejju. L-ewro kien qed jiġi nnegozjat għal $1.0935 waranofsinhar wara li kien tela’ għall-ogħla rata f’ġimagħtejn ta’ $1.0976.

L-isterlina żdiedet kontra d-dollaru u kontra l-ewro matul il-lejl u stabilizzat dalgħodu u b’hekk irkuprat xi ftit mill-inqas rati f’seba’ ġimgħat iżda ma kellhiex sehem fl-irkupru usa’ mqanqal mis-sentiment ta’ riskju mtejjeb.

Indiċi

L-ishma Ewropej irkupraw illum wara spinta fis-sessjoni ta’ qabel, b’telf fis-setturi tas-saħħa, il-kostruzzjoni u l-inġinerija jibbilanċja l-ottimiżmu minn pjani ġodda ta’ stimulu għall-Unjoni Ewropea.

Fl-Istati Uniti, l-indiċi tal-prezzijiet bil-quddiem kienu qed jinnegozjaw bla moviment u tilfu xi żidiet mill-aħjar jum tal-S&P 500 f’sitt ġimgħat fis-sessjoni ta’ qabel, hekk kif l-investituri studjaw sensiela ta’ rapporti finanzjarji mill-bejjiegħa bl-imnut.

Ishma

Fis-sessjoni tal-ishma lokali, l-agħar li marru kienu l-Mapfre Middlesea li tbaxxew bi 12.31%. Il-Bank of Valletta ukoll tilfu għal €1 kull sehem bi tnaqqis ta’ 3.85%. Il-GO tilfu 1.11%.

F’territorju pożittiv, il-Malta International Airport żdiedu 1%, il-Harvest Technology żdiedu bi 2.74% u l-Malta Properties Company għalqu bil-prezz ta’ € 0.58, żieda ta’ 7.41%. Il-Malita Investments kienu negozjati bla movement.

Fil-bonds lokali, l-AX Group 2026 L-Ewwel Serej tilfu 1.48% segwiti mill-Medserv 2020-2023 b’1.02%, in-1923 Investments 2024 tilfu 0.90% u l-GAP Group 2022 għalqu bi tnaqqis ta’ 0.89%. Min-naħa pożittiv kien hemm il-Hili Finance Company 2028 b’0.11%, il- Mediterranean Maritime Hub Finance 2026 b’0.52% u l-International Hotel Investments 2026 b’0.67%.

Il-prezzijiet taż-żejt illum kienu stabbli fost sinjali li l-produtturi qed inaqqsu l-produzzjoni kif imwiegħed waqt li n-negozjanti qed jistennew aktar ċarezza dwar id-domanda hekk kif xi pajjiżi qed jillaxkaw il-miżuri. Madankollu, l-irkupru fid-domanda globali mistenni li jkun bil-mod hekk kif baqgħu ċerti restrizzjonijiet u hemm riskju sinifikattiv ta’ ripetizzjonijiet tal-imxija u għeluq tan-negozji.

Il-prezzijiet tad-deheb żdiedu illum, sostnuti minn biża’ ta’ riċessjoni globali u mewġa ta’ miżuri ta’ stimulu minn banek ċentrali, waqt li żieda fis-sentiment ta’ riskju, wara rapport pożittiv dwar vaċċin potenzjali għal COVID-19, illimitaw l-avvanz tad-deheb.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum laħaq l-ogħla rat fi 11-il ġimgħa hekk kif tilef id-dollaru, bl-investituri jżommu t-tamiet tagħhom għal rkupru ekonomiku globali. L-investituri qed jittamaw li l-banek ċentrali ser ikomplu jixtru…

Barranin

Muniti L-Isterlina llum telgħet għall-ogħla rata fi tliet ġimgħat kontra d-dollaru wara li r-Renju Unit illaxka l-miżuri tal-lockdown, iżda l-pożizzjoni li l-Isterlina ser titbaxxa hija l-akbar f’aktar minn ħames xhur…

Barranin

Muniti  L-ewro kien sod llum hekk kif l-investituri ddubitaw dwar kemm ser jitwettaq il-pjan tal-Unjoni Ewropew ta’ €750 Biljun biex issostni lill-ekonomija. Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ilbieraħ biex tappoġġa lill-ekonomiji…

Barranin

 L-ewro kien reisaq lejn l-ogħla rata f’xahrejn wara li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet pakkett ta’ rkupru ekonomiku li jiswa €1.85 Triljun. L-ewro tħabat mindu waqa’ f’Marzu meta l-investituri marru għad-dollaru. Iżda…

Aktar