Il-ġlieda kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina tħalli effett fuq l-ewro

L-ewro tbaxxa għall-inqas livell f’16-il xahar llum hekk kif l-impatt tal-ġlieda kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina fuq l-ekonomija Ewropea ddominat is-sentiment tal-investitur. Is-settur tal-manifattura Ġermaniż, dominat mill-esportazzjoni, baqa’ jiċkien matul Awwissu hekk kif domanda inqas  wasslet biex kumpaniji jbaxxu l-produzzjoni u jnaqqsu l-ħaddiema.

Bil-bejgħ barra minn pajjiż milqut sewwa mill-klima kummerċjali li qed teħżien, it-tnaqqis fl-ekonomija mondjali u l-iżviluppi dwar Brexit baxxa l-momentum tat-tkabbir ekonomiku fil-Ġermanja u konsegwentament fuq it-tkabbir ekonomiku Ewropew.

L-ewro tilef 0.3% kontra d-dollaru għal $1.0958 wara  wara li tbaxxa taħt id-$1.10 nhar l-Ġimgħa għall-ewwel darba minn Mejju 2017. It-tnaqqis ta’ 4% fil-valur tal-ewro din is-sena huwa daqqa ta ħarta għall-munita unika wara li l-president tal-Bank Ċentrali Ewropew Mario Draghi kien irtira l-politiki monetarji straordinarji f’diskors f’Sintra f’Ġunju 2017.

L-Isterlina ddgħajfet llum hekk kif l-investituri qed iħejju rwieħhom għal ġlieda bejn il-gvern u l-parlamentari opposti għall-pjan ta’ Johnson dwar il-Brexit hekk kif il-parlament jirritorna din il-ġimgħa wara l-btajjel tas-sajf.

Indiċi

L-ishma fl-Ewropa fetħu ogħla mgħejuna minn irkupru fil-kumpaniji tal-minjieri, waqt li s-sentiment baqa’ fraġili hekk kif l-Istati Uniti u ċ-Ċina wettq t-tariffi kontra xulxin.

Il-FTSE 100 żdied b’0.4% bil-kumpaniji tal-minjieri bħal BHP u Rio Tinto jiżdiedu wara żieda fil-prezzijiet tal-ħadid fiċ-Ċina.

Apparti s-swieq tal-Ewropa u r-Renju Unit, is-swieq globali baqgħu kajmana wara li l-Istati Uniti u ċ-Ċina imponew tariff ġodda, waqt li l-attenzjoni reġgħet intefgħet fuq r-riskju tas-swieq emerġenti hekk kif l-Arġentina imponiet kontrolli fuq il-kapital. Is-swieq finanzjarji fl-Istati Uniti kienu magħluqa minħabba btala pubblika.

Fl-ishma, il-Bank of Valletta tilfu 0.44%; il-BMIT Technologġies 0.94%; il-FIMBank 5.88%. L-agħar li marru kienu l-ishma tal-Malta International Airport li tilfu 6.04%. Il-Malta Properties Company naqsu bi 2.21% u l-Plaza Centres b’0.98%. L-aħjar li marru kienu Tigne Mall b’5.08%.

 Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Mediterranean Investments Holdings 2022 tilfu 0.50%; il-Von der Heyden Group Finance 2024 b’0.72%; l-International Hotel Investments 2025 żdiedu b’0.93%; l-International Hotel Investments 2026 (It-tieni serje) tilfu 0.49%; l-SD Finance 2027 tilfu 0.95%; l-Eden Finance 2027 tilfu 0.85% waqt li s-Central Business Centres żdiedu b’0.58%.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew llum wara li bdew iseħħu tariffi ġodda mill-Istati Uniti u ċ-Ċina, u dan kabbar it-tħassib dwar daqqa oħra lill-ekonomija globali u lid-domanda għaż-żejt.

Il-prezz tad-deheb għola bi ftit wara t-tariffi l-ġodda iżda dollaru aktar b’saħħtu llimita ż-żidiet.

Aħbarijiet Oħra

Il-muniti marbutin mal-prezz taż-żejt illum għolew wara li attakki fuq faċilitajiet taż-żejt tal-Arabja Sawdija fixklu l-provvista globali taż-żejt, waqt li l-Yen  u l-Frank Żvizzeru issaħħew hekk kif l-investituri fittxew muniti…

Barranin

Il-yen illum baqa’ mwaħħal mal-inqas rata f’sitt ġimgħat kontra d-dollaru hekk kif sinjali li juru li l-Istati Uniti u ċ-Ċina qed inaqqsu d-differenzi ta’ bejniethom dwar il-kummerċ qabel taħditiet kruċjali,…

L-ewro tbaxxa taħt id-$1.10 llum wara li l-Bank Ċentrali Ewropew baxxa r-rati tal-interessi u bla mistenni nieda mill-ġdid l-programm ta’ xiri ta’ assi biex ukoll jixpruna t-tkabbir fl-ekonomija taż-żona tal-ewro….

Barranin

Muniti L-ewro llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra d-dollaru, jum qabel ma l-Bank Ċentrali Ewropew huwa mistenni li jżid aktar stimulu monetarju biex jixpruna lill-ekonomija tar-reġjun. Ħames sorsi familjarji mad-diskussjoni…

Aktar