Il-Gvern Ingliż jitlef vot dwar il-banek

Fil-House of Lords, il-gvern Ingliż ma rnexxielux jgħaddi l-pjan ta’ riforma bankarja fid-dawl tal-inwkiet li ħabbet wiċċha miegħu d-dinja fl-2008. Minflok, il-Kamra ivvutat b’222 vot favur u 217 kontra – maġġoranza ta’ ħamsa biss – għal emenda tal-Partit Laborista li tħeġġeġ lill-bankiera jkunu aktar professjonali f’xogħlhom.

L-amenda tal-Laboristi għall-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar is-Servizzi Finanzjarji (Riforma Bankarja) titlob li jkun hemm regolatur li joħroġ liċenzja biss lil dawk il-bankiera li jkollhom “livell minimu ta’ kompetenza” u li jimxi stettament ma’ Kodiċi ta’ Etika stabbilit.

Il-kelliem Laborista għall-Finanzi, Lord Eatwell qal li jekk professjonisti oħra bħal avukati u tobba jridu jimxu ma’ Kodiċi ta’ Etika, hekk ukoll għandhom ikunu suġġetti l-bankiera.