Barranin
Il-ħolqien ta’ vaċċin effettiv kontra l-coronavirus kif affettwa lill-ekonomija Ingliża?

Muniti

Id-dollaru ssaħħaħ u l-yen baqa’ baxx, hekk kif l-investituri baqgħu ottimisti dwar il-vaċċin tal-COVID-19, għalkemm il-movimenti kienu meqjusa aktar mis-sessjoni ta’ qabel. It-tamiet li vaċċin kontra l-coronavirus jpoġġi lill-ekonomija Ingliża fit-triq it-tajba wasslu għal żieda ta’ b’1% l-isterlina kontra l-ewro, għax it-theddida tal-coronavirus jidher li qed tnaqqas.

Waranofsinhar l-isterlina tbaxxiet b’0.66% kontra l-ewro mill-valur ta’ nofsillejl.

Indiċi

Fil-boroż fl-Ewropa u fir-Renju Unit is-sentiment kien pożittiv aktar minn dak fl-Istati Uniti. L-ishma Ewropej baqgħu qrib l-ogħla livell fi tmien xhur minħabba l-ottimiżmu dwar progress fl-iżvilupp ta’ vaċċin kontra l-coronavirus, għalkemm it-tħassib dwar kemm hija kbira l-ħsara mill-pandemija illimita ż-żidiet. L-indiċi lokali kien b’saħħtu aktar mis-soltu b’żieda ta’ 3.23%.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lokali, dawk tal-Bank of Valletta u tal-Malta International Airport illum żdiedu bi 8%; bl-HSBC javvanza b’6.76%. Simonds Farsons Cisk żdiedu b’5% waqt li l-BMIT Technologies u l-Fimbank ukoll kellhom żidiet qawwija bil-bank jiżdied bi 3.5%.

Il-bonds lokali kienu mħallta. L-International Hotel Investments 2026 żdiedu bi 2.07% u 0.94% bil-Premier Capital 2026 javvazaw 1.31%. Telf minimu kien hemm fil-Hili u l-Virtu Finance waqt li l-Mercury Projects Finance tilfu 0.25%.

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu għax it-tamiet li l-vaċċin kontra l-COVID-19 jista’ jkun magħna ma jdumx għelbu l-impatt negattiv fuq id-domanda mir-restrizzjonijiet il-ġodda. Goldman Sachs tbaxxew it-tbassir tagħhom dwar il-Brent għal 2021 iżda qalu li żieda fil-każi tal-coronavirus fl-Istati Uniti u fl-Ewropa kienu żieda qabel il-vaċċin potenzjali u t-tnaqqis kontinwu fil-provvista mill-produtturi ewlenin baxxa l-provvista.

Il-bank Amerikan baxxa t-tbassir għal 2021 għaż-żejt Brent għal $55 min $59.4 kull barmil u tal-West Texas intermediate għal $52.8 minn $55.8 Id-deheb u l-fidda llum żdiedu 1% u rkupraw ftit mit-telf tal-bieraħ.