Barranin
Il-każijiet ġodda ta’ coronavirus fl-Istati Uniti jkomplu jimminaw l-irkupru fl-ekonomija

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank.

Muniti

Il-yen tela’ għall-ogħla rata f’ġimagħtejn u muniti sensittivi għar-riskju tbaxxew wara żieda fl-infezzjonijiet ġodda tal-coronavirus fl-Istati Uniti kompliet timmina l-każ għal rkupru malajr fl-ekonomija.

Aktar minn 60,000 każi ġodda ta’ Covid-19 kienu rraportati madwar l-Istati Uniti, l-akbar żieda f’jum minn kwalunkwe pajjiż matul il-pandemija u dan skoraġġixxa xi konsumaturi Amerikani milli jerġgħu lura lejn spazji pubbliċi.

Id-dollaru u muniti oħrajn meqjusa siguri marru tajjeb anke minħabba ż-żieda fil-każi tal-coronavirus fl-Istati Uniti.

Il-Frank Żvizzeru, munita oħra sigura, kienet qrib l-ogħla rata f’sitt ġimgħat kontra l-ewro ta’1.0619 kull ewro. Kontra d-dollaru, il-frank kien 0.9419 kull dollaru wara li kien laħaq l-ogħla rata f’erba’ ġimgħat ta’ 0.93625 kull dollaru. L-ewro tilef 0.1% għal $1.1273 kontra d-dollaru Amerikan u tbaxxa mir-rata ta’ $1.1371 l-ogħla f’xahar.

Indiċi

L-indiċi pan-Ewropew, STOXX 600 tbaxxa 0.5% fil-bidu tan-negozju, l-ishma taż-żejt u tal-gass jitilfu 1.1% biex kienu fuq quddiem tat-telf hekk kif is-setturi kollha ħlief dawk tat-teknoloġija, kienu f’territorju negattiv.

L-ishma Ewropej jidhru li kienu ser isegwu x-xejra matul il-lejl fl-Asja u l-Paċifiku, fejn is-swieq b’mod ġenerali irtiraw għax nuqqas ta’ data ekonomika sinifikanti ħalliet ansjetà dwar il-virus tiddomina is-sentiment tal-investitur.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew llum u żieda mat-tnaqqis qawwi tal-bieraħ u kienu resqin lejn tnaqqis f’ġimgħa minħabba tħassib li l-għeluq mill-ġdid tal-ekonomiji wara żieda fil-każi tal-coronavirus fl-Istati Uniti u bnadi oħra ser tnaqqas id-domanda għal fjuwil.

Il-Brent tilef 25 cent jew 0.6% għal $42.10 kull barmil kmieni l-Ġimgħa filgħodu wara li tbaxxa aktar minn 2% il-Ħamis. Il-United States West Texas Intermediate tilef 33 cents, jew 0.8% għal €39.29 wara tnaqqis ta’ 3% fis-sessjoni ta’ qabel.

Il-Brent jidher li ser jonqos 2% din il-ġimgħa u l-US West Texas aktar minn 3%. In-negozju kien kwiet bis-suq ta’ Singapore magħluq minħabba btala minħabba elezzjoni.

Waqt li bosta analisti qed jistennew li ekonomiji u d-domanda għal fjuwil jirpiljaw mill-pandemija, iż-żieda rekord fil-każi ġodda ta’ coronavirus fl-Istati Uniti, l-ikbar konsumatur taż-żejt fid-dinja, qajjem tħassib dwar il-pass ta’ kull rkupru.

Id-deheb tbaxxa taħt pressjoni ta’ dollaru aktar b’saħħtu u baqa’ qrib il-limitu importanti ta’ $1,800 iżda kien riesaq lejn il-ħames ġimgħa konsekuttiva ta’ żidiet hekk kif iż-żieda fil-coronavirus fl-Istati Uniti qajmu is-sentiment għal assi siguri.

Id-deheb tilef 0.4% għal €1,796.03 kmieni l-Ġimgħa filgħodu iżda żdied 1.2$% għal din il-ġimgħa. Il-prezz bil-quddiem fl-Istati Uniti tilef 0.1% għal $1,801.10.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Insellmilkom din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank Muniti Id-dollaru llum waqa’ għall-inqas rata f’sentejn u riesaq lejn l-agħar tnaqqis f’xahar f’perjodu…

Barranin

L-ewro rtira wara jumejn żieda kontra d-dollaru, hekk kif il-Ġermanja rrapportat produzzjoni ekonomika diżappuntanti għat-tieni kwart tas-sena u l-Federal Reserve żamm l-appoġġ tiegħu għall-ekonomija Amerikana. L-ewro jidher li ser jagħlaq…

Barranin

Din hija ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji miġbura minn BNF Bank Muniti Id-dollaru Amerikan waqa’ għall-inqas rata tiegħu f’sentejn hekk kif qed tikber il-pressjoni fuq il-Federal Reserve biex jillaxka l-politika monetarja…

Barranin

Muniti Id-dollaru żdied mill-anqas rata tiegħu f’sentejn hekk kif naqset il-pressjoni ta’ bejgħ qabel il-laqgħa tal-Federal Reserve u hekk kif it-tilwim politiku dwar il-pakkett ta’ rkupru li jmiss fl-Istati uniti…

Aktar