Barranin
Il-kriżi fl-Italja twassal għall-bejgħ tal-assi Taljani

Muniti

L-ewro llum waqa’ għall-inqas rata f’10 xhur wara li bejgħ qawwi fis-suq tad-dejn fl-Italja wassal biex l-investituri warrbu l-munita unika. Kriżi politika qawwija fl-Italja, it-tielet l-akbar ekonomija taż-żona tal-ewro, ipprovokat il-bejgħ ta’ assi Taljani u l-Ewro li kien bħal dak tal-kriżi tad-dejn fiż-żona tal-Ewro bejn l-2010 u l-2012. Iżda l-impatt ma nħassx fis-swieq finanzjarji daqs kemm fil-bonds tal-Gvern Taljan li sofrew l-agħar ġurnata f’aktar minn 25 sena.

L-Isterlina tbaxxiet għall-inqas rata f’sitt xhur kontra dollaru li qed jirpilja. Ir-rata bejn l-Ewro u l-Isterlina estendiet it-tnaqqis ta’ matul il-lejl u baqgħet taħt pressjoni ta’ bejgħ għat-tieni sessjoni konsekuttiva.

L-ewro tilef l-aktar kontra l-Yen u kien jiswa 126.11 Yen matul kmieni wara nofsinhar.

Indiċi

Il-FTSE 100 tilef 1.20%. Iċ-ċaqliq kien l-akbar minn meta waqa’ 1.7% fid-19 ta’ Marzu u segwa ż-żieda fis-sessjoni preċedenti ta’ 0.18%. L-iSTOXX 50 tbaxxa b’1.34% u kien hemm tnaqqis ta’ 1% fid-Dow Jones għalkemm wara tjieb biex tilef 0.5%. L-Indiċi lokali tilef 0.2%.

Ishma Lokali

 Kienet ġurnata attiva fis-sessjoni tal-ishma lokali. Il-MIDI żdiedu b’5% u għalqu 44 ċenteżmu waqt li kien  hemm żieda ta’ 2.34% fil-PG biex għalqu €1.31.

Simonds Farsons Cisk, Tigne Mall u Trident Estates kien f’territorju negattiv b’0.40%, 1.16% u 2.56% rispettivament.

Bonds Lokali

Fis-sessjoni tal-bonds, kien hemm żieda fil-prezz tal-SD Finance 2027, Eden Finance 2027, Tumas Investments 2027, Grand Harbour Marina 2027 u l-MeDirect Bank 2022/27. L-SD Finance kellhom l-akbar żieda ta’ 0.99% u l-MeDirect 0.06%. Il-Bank of Valletta 2030 (L-Ewwel Serje) tilfu 0.42%.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew wara li l-Għarabja Sawdija u r-Russja pproponew li jżidu l-produzzjoni aktar tard din is-sena.

Il-prezz tad-deheb avvanza u temm jumejn ta’ telf, hekk kif kien hemm bejgħ qawwi tal-ishma minħabba l-inċertezza dwar il-futur politiku tal-Italja, li qajjmet domanda qawwija għad-deħeb.

 

 

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Ewro tbaxxa, bin-negozjanti mbezza’ li jgħollu l-prezz qabel ma jagħlaq xi xiri jew bejgħ kbir din il-ġimgħa. Barra minn dan, Ewald Nowotny mill-Bank Ċentrali Ewropew qal li d-dgħufija tal-Ewro…

Barranin

L-Ewro, baqa’ taħt pressjoni minħabba tilwima fil-koalizzjoni tal-Gvern Ġermaniż u stennija li l-Bank Ċentrali Ewropew ser iżomm l-istess rati ta’ interessi sa sewwa l-2019. L-alleati Bavarjani tal-Kanċellier Merkel jistgħu jisfidawha…

Barranin, Lokali

L-ewro stabbilizza wara t-telf qawwi tal-ġimgħa li għaddiet iżda t-theddida li qed tikber ta’ gwerra kummerċjali globali, tilwima fil-koalizzjoni Ġermaniża u Bank Ċentrali Ewropew aktar iebes fil-politika monetarja kollha tefgġħu…

Barranin

Muniti Il-Bank Ċentrali Ewropew qal illum li ser itemm l-iskema bla preċedent tiegħu ta’ xiri ta’ bonds sa tmiem is-sena, u b’hekk għamel l-akbar pass sabiex iżarma l-istimulu ta’ żmien…

Aktar