Barranin, Lokali
Il-kumpaniji tat-teknoloġija jgħinu fl-irkupru tal-istokks Ewropej

Muniti Kontra l-Ewro

L-isterlina resqet lejn l-ewwel żieda mill-elezzjoni li ħalliet lill-Prim Ministru Theresa May titħabat biex issaħħaħ il-pożizzjoni tagħha. Illum hija kellha tiltaqa’ mad-Democratic Unionists tal-Irlanda ta’ Fuq, biex tikseb il-voti li teħtieġ biex tgħaddi kwalunkwe leġiżlazzjoni.

Id-dollaru Kanadiż żdied f’ġurnata altrimenti kwieta u laħaq l-ogħla rata fi kważi xahrejn wara kummenti mill-bank ċnetrali Kanadiż kabbru l-prospett li r-rati tal-interessi jistgħu jiżdied anke din is-sena.

Indiċijiet

Il-kumpaniji tat-teknoloġija għenu biex ikun hemm irkupru fl-istokks Ewropej wara  li l-bejgħ bil-qawwi madwar is-swieq li beda fis-settur il-ġimgħa li għaddiet qed juri li qed jonqos.

Kważi kull grupp industrijali fl-iStoxx Europe 100 kien pożittiv bl-ishma tat-teknoloġija kellhom l-akbar żieda fi tlitt ġimgħat.

Ishma Lokali

Is-suq lokali tal-ishma kien negattiv b’mod ġenerali, bl-aktar ċaqliq konsiderevoli ikun fil-Mapfre Middlesea u l-Malta Properties Company li tilfu 1.52% u 4.91% rispettivmanet.

Bonds

Anke s-suq tal-bonds lokali kien ġeneralment negattiv. Il-Mediterranean Investments Holdings 2021, l-SD Finance 2027 żdiedu fil-prezz, iżda kien hemm tnaqqis ta’ 0.38% fil-Mariner Finance 2024; 0.47% fil-Hili Properties 2025; 0.58% fil-PTL Holdings 2024; 1.43% fil-Corinthia Finance 2026 u ta’ 1.56% fil-Plaza Centres 2026.

Indikaturi Ekonomiċi

Is-sentiment fost l-investituri Ġermaniżi ħżien xi ftit matul Ġunju, skond stħarriġ ippublikat illum, iżda l-evalwazzjoni tagħhom tal-kundizzjoni preżenti tasl-ekonomija Ġermaniża tjiebet minħabba tkabbir tajjeb fl-Unjoni Ewropea.

L-Istitut ta’ Riċerka ZEW qal li l-istħarriġ ta’ kull xahar tiegħu wera li l-indiċi tas-sentiment ekonomiku tbaxxa għal 18.6 minn 20.6 f’Mejju. Il-kunsens fost dawk mistħarrġa minn Reuters kien għal żieda sa 21.5.

Indiċi separat li jqis l-evalwazzjoni tal-investituri tal-kundizzjonijiet preżenti tal-ekonomija tela’ għal 88.0 minn 83.9 ix-xahar li għadda. Dan imqabnbel mal-indiċi ta Reuters li bassar qari ta’ 85.0.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu xi ftit illum wara li l-Arabja Sawdija qalet li ser tnaqqas l-esportazzjoni b’mod sinifikanti matul Lulju fost sinjali ta’ tnaqqis fil-ħażna taż-żejt fl-Istati Uniti, għalkemm iż-żieda fil-produzzjoni mill-Istati Uniti qed tkompli tagħmel pressjoni fuq is-suq.

Il-prezz tad-deheb tbaxxa, il-ħames jum tiegħu ta’ telf u l-itwal perjodu ta’ telf f’xahar hekk kif l-investituri qed jistennew żieda fir-rati tal-interessi mill-Federal Reserve.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

  Emirates today launched a US$15 million campaign to inspire travel and promote the airline’s extensive network of global destinations including its home and hub, Dubai. The campaign is backed…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru żamm iż-żidiet tal-bidu u baqa’ fl-ogħla livell f’ġimgħa kontra basket ta’ muniti, wara rapport li l-President Amerikan qed imiel lejn għażla ta’ bniedem favur żieda fir-rati…

Barranin

Muniti L-ewro ssaħħaħ kontra d-dollaru u l-isterlina kmieni din il-ġimgħa iżda tilef iż-żieda kontra l-isterlina li żdiedet b’aktar minn ċenteżmu kontra d-dollaru biex laħqet l-ogħla livell fi tmint ijiem kontra…

Barranin

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru rkupra llum, wara li kien laħaq lanqas rata f’aktar minn ġimagħtejn hekk kif il-bankiera ċentrali tal-Istati Uniti wrew li qed iħarsu b’attenzjoni lejn l-inflazzjoni mgħejjuna minn…

Aktar